Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0602

    Kawża T-602/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2017 – CJ vs ECDC (“Servizz pubbliku — Membri tal-persunal bil-kuntratt — Rapport ta’ evalwazzjoni tal-karriera — Proċedura ta’ evalwazzjoni 2012 — Redazzjoni — Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tagħlaq ir-rapport ta’ evalwazzjoni”)

    ĠU C 42, 5.2.2018, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.2.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 42/19


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2017 – CJ vs ECDC

    (Kawża T-602/16) (1)

    ((“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Rapport ta’ evalwazzjoni tal-karriera - Proċedura ta’ evalwazzjoni 2012 - Redazzjoni - Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tagħlaq ir-rapport ta’ evalwazzjoni”))

    (2018/C 042/27)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: CJ (rappreżentant: V. Kolias, avukat)

    Konvenut: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) (rappreżentanti: J. Mannheim u A. Daume, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-evalwatur tal-appell tal-ECDC tal-21 ta’ Settembru 2015 li tirrendi definittiv ir-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent għas-sena 2011 u, sa fejn ikun neċessarju, tad-deċiżjoni tal-ECDC tal-20 ta’ April 2016 li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrent kontra din id-deċiżjoni tal-evalwatur tal-appell.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    CJ huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 296, 16.8.2016 (kawża rreġistrata inizjalment quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-32/16 u mibgħuta quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fil-1.9.2016).


    Top