Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0592

Kawża T-592/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2017 – HQ vs CPVO (“Servizz pubbliku — Membri tal-persunal temporanju — Kuntratt għal żmien determinat — Deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ tiġdid — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Dmir ta’ premura — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Dritt għal smiegħ — Fastidju psikoloġiku — Użu ħażin ta’ poter — Responsabbiltà”)

ĠU C 42, 5.2.2018, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.2.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 42/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2017 – HQ vs CPVO

(Kawża T-592/16) (1)

((“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Kuntratt għal żmien determinat - Deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ tiġdid - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Dmir ta’ premura - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Dritt għal smiegħ - Fastidju psikoloġiku - Użu ħażin ta’ poter - Responsabbiltà”))

(2018/C 042/26)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: HQ (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) (rappreżentanti: A. Verdini, aġent, assistit minn D. Waelbroeck u minn A. Duron, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjonijiet tas-CPVO, tal-24 ta’ Ġunju 2015, li l-kuntratt tar-rikorrenti ma jiġix imġedded, u tal-20 ta’ Jannar 2016, li tiċħad l-ilment u, min-naħa l-oħra, għall-ksib ta’ kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament sofriet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

HQ hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 251, 11.7.2016 (inizjalment il-kawża ġiet irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-Numru F-22/16 u ttrasferita quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).


Top