EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0585

Kawża T-585/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2017 – Skareby vs SEAE (“Servizz pubbliku — Uffiċjali — Libertà ta’ espressjoni — Dmir ta’ lealtà — Preġudizzju serju għall-interessi leġittimi tal-Unjoni — Rifjut ta’ awtorizzazzjoni ta’ pubblikazzjoni ta’ artiklu — Stedina sabiex it-test jiġi emendat — Artikolu 17a tar-Regolamenti tal-Persunal — Suġġett tar-rikors — Deċiżjoni li tiċħad l-ilment amministrattiv”)

ĠU C 369, 30.10.2017, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2017 – Skareby vs SEAE

(Kawża T-585/16) (1)

((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Libertà ta’ espressjoni - Dmir ta’ lealtà - Preġudizzju serju għall-interessi leġittimi tal-Unjoni - Rifjut ta’ awtorizzazzjoni ta’ pubblikazzjoni ta’ artiklu - Stedina sabiex it-test jiġi emendat - Artikolu 17a tar-Regolamenti tal-Persunal - Suġġett tar-rikors - Deċiżjoni li tiċħad l-ilment amministrattiv”))

(2017/C 369/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Carina Skareby (Louvain, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenut: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) (rappreżentanti: S. Marquardt, aġent, assistit minn M. Troncoso Ferrer, F.-M. Hislaire u S. Moya Izquierdo, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-5 ta’ Ġunju 2015 tas-SEAE li tirrifjuta l-pubblikazzjoni ta’ artiklu u li titlob l-emenda ta’ żewġ paragrafi tat-test propost u, min-naħa l-oħra, “sa fejn huwa neċessarju”, tad-deċiżjoni tat-18 ta’ Diċembru 2015 tas-SEAE li tiċħad l-ilment imressaq kontra d-deċiżjoni inizjali,

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Carina Skareby hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 191, 30.5.2016 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Serviss Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt in-numru F-15/16 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).


Top