EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0504

Kawżi magħquda T-504/16 u T-505/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2017 – Bodson et vs BEI (“Servizz pubbliku — Persunal tal-BEI — Remunerazzjoni — Adattament annwali tal-livelli tas-salarji bażiċi — Metodu ta’ kalkolu — Kriżi ekonomika u finanzjarja”)

ĠU C 369, 30.10.2017, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2017 – Bodson et vs BEI

(Kawżi magħquda T-504/16 u T-505/16) (1)

((“Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Remunerazzjoni - Adattament annwali tal-livelli tas-salarji bażiċi - Metodu ta’ kalkolu - Kriżi ekonomika u finanzjarja”))

(2017/C 369/25)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Jean-Pierre Bodson (Il-Lussemburgu, il-Lussemburgu) u l-485 rikorrent ieħor li l-ismijiet tagħhom jinsabu fl-anness tas-sentenza (Kawża T-504/16); u Esther Badiola (Il-Lussemburgu) u l-15-il rikorrent ieħor li l-ismijiet tagħhom jinsabu fl-anness tas-sentenza (Kawża T-505/16) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) (rappreżentanti: inizjalment T. Gilliams u G. Nuvoli, sussegwentement G. Faedo u T. Gilliams, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjonijiet, li jinsabu fir-rendikonti tas-salarju ta’ Frar 2013 u tax-xhur sussegwenti, li japplikaw għar-rikorrenti d-deċiżjoni tal-Bord tad-Diretturi tal-BEI tat-18 ta’ Diċembru 2012 u d-deċiżjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija tal-BEI tad-29 ta’ Jannar 2013 kif ukoll tal-artikolu ppubblikat fuq l-internet fil-5 ta’ Frar 2013 u tan-nota ta’ informazzjoni tal-15 ta’ Frar 2013 li tinforma lill-persunal bl-adozzjoni ta’ dawn iż-żewġ deċiżjonijiet u, min-naħa l-oħra, sabiex il-BEI jiġi kkundannat iħallas lir-rikorrenti somma li tikkorrispondi għad-differenza bejn l-ammont tar-remunerazzjonijiet imħallsa skont id-deċiżjonijiet imsemmija hawn fuq u l-ammont tar-remunerazzjonijiet dovuti skont is-sistema li tirriżulta mid-deċiżjoni tal-Bord tad-Diretturi tal-BEI tat-22 ta’ Settembru 2009 kif ukoll kumpens għad-danni li r-rikorrenti allegatament ġarrbu minħabba t-telf tagħhom tal-kapaċità ta’ akkwist u minħabba l-inċertezza marbuta mat-tibdil fir-remunerazzjonijiet tagħhom.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjonijiet tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), li japplikaw id-deċiżjoni tal-Bord tad-Diretturi tal-BEI tat-18 ta’ Diċembru 2012 u d-deċiżjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija tal-BEI tad-29 ta’ Jannar 2013 u li jinsabu fir-rendikonti tas-salarju għax-xahar ta’ Frar 2013 u għax-xhur sussegwenti ta’ Jean Pierre Bodson u tal-membri l-oħra tal-persunal tal-BEI li isimhom jidher fl-anness fil-Kawża T-504/16, minn naħa, u ta’ Esther Badiola u l-membri l-oħra tal-persunal tal-BEI li isimhom jidher fl-anness fil-Kawża T-505/16, min-naħa l-oħra, huma annullati.

2)

Il-kumplament tar-rikorsi huwa miċħud.

3)

Il-BEI huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 207, 20.7.2013 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-41/13 u ttrasferita quddiem il-Qorti Ġenerali fl-1.9.2016).


Top