Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0495

    Kawżi magħquda T-495/16 RENV I u T-496/16 RENV II: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Settembru 2017 – Hristov vs Il-Kummissjoni u EMA (“Servizz pubbliku — Ħatra — Post ta’ direttur eżekuttiv ta’ aġenzija regolatorja — EMA — Proċedura ta’ selezzjoni u ta’ ħatra — Kompożizzjoni tal-kumitat ta’ pre-selezzjoni — Imparzjalità — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Ħatra ta’ kandidat ieħor — Awtorità ta’ res judicata”)

    ĠU C 382, 13.11.2017, p. 42–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.11.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 382/42


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Settembru 2017 – Hristov vs Il-Kummissjoni u EMA

    (Kawżi magħquda T-495/16 RENV I u T-496/16 RENV II) (1)

    ((“Servizz pubbliku - Ħatra - Post ta’ direttur eżekuttiv ta’ aġenzija regolatorja - EMA - Proċedura ta’ selezzjoni u ta’ ħatra - Kompożizzjoni tal-kumitat ta’ pre-selezzjoni - Imparzjalità - Kriterji ta’ evalwazzjoni - Ħatra ta’ kandidat ieħor - Awtorità ta’ res judicata”))

    (2017/C 382/50)

    Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

    Partijiet

    Rikorrent: Emil Hristov (Sofia, il-Bulgarija) (rappreżentanti: fil-Kawża T-495/16 RENV I, M. Ekimdzhiev, K. Boncheva u G. Chernicherska u, fil-Kawża T-495/16 RENV II, inizjalment minn M. Ekimdzhiev, K. Boncheva u G. Chernicherska, sussegwentement minn M. Ekimdzhiev u K. Boncheva, avukati)

    Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) (rappreżentanti: G. Berscheid u N. Nikolova, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, b’mod partikolari, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ April 2011 li permezz tagħha hija pproponiet lill-kumitat amministrattiv tal-EMA lista ta’ erba’ kandidati irrakkomandati mill-kumitat ta’ pre-selezzjoni u kkonfermati mill-kumitat konsultattiv tal-ħatriet u tad-deċiżjoni tal-kumitat amministrattiv tal-EMA tas-6 ta’ Ottubru 2011 li dwar il-ħatra tad-direttur eżekuttiv tal-EMA kif ukoll għar-riżarċiment tad-danni allegatament subiti mir-rikorrent minħabba l-imsemmija deċiżjonijiet.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Emil Hristov huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti fil-Kawżi F-2/12, T-26/15 P, T-27/15 P, T-495/16 RENV I u T-495/16 RENV II.


    (1)  ĠU C 184, 23.6.2012 (Kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-servizz pubbliku tal-Unjoni Ewropea bin-numru F-2/12).


    Top