EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0449

Kawża T-449/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2017 – sheepworld vs EUIPO (Bester Opa) [“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Bester Opa — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

ĠU C 369, 30.10.2017, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2017 – sheepworld vs EUIPO (Bester Opa)

(Kawża T-449/16) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Bester Opa - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2017/C 369/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: sheepworld AG (Ursensollen, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. von Rüden, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Fischer, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO fis-26 ta’ Mejju 2016 (Każ R 92/2016-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Bester Opa bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sheepworld AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 364, 3.10.2016.


Top