Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0633

    Kawża C-633/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sø- og Handelsretten (id-Danimarka) fis-7 ta’ Diċembru 2016 – Ernst & Young P vs Konkurrencerådet

    ĠU C 46, 13.2.2017, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.2.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 46/17


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sø- og Handelsretten (id-Danimarka) fis-7 ta’ Diċembru 2016 – Ernst & Young P vs Konkurrencerådet

    (Kawża C-633/16)

    (2017/C 046/19)

    Lingwa tal-kawża: id-Daniż

    Qorti tar-rinviju

    Sø- og Handelsretten

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Ernst & Young P/S

    Konvenut: Konkurrencerådet

    Domandi preliminari

    1)

    Skont liema kriterji għandu jiġi evalwat jekk aġir jew miżuri adottati minn impriża humiex koperti mill-projbizzjoni imposta bl-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1), tal-20 ta’ Jannar 2004, dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (il-projbizzjoni ta’ implementazzjoni minn qabel), u miżura ta’ implementazzjoni fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni tippreżupponi li l-imsemmija miżura, totalment jew parzjalment, fattwalment jew legalment, tikkostitwixxi element ta’ bidla fil-kontroll jew tal-amalgamazzjoni tal-attivitajiet li jkomplu jiġu eżerċitati mill-impriżi parteċipanti u li – sakemm il-livelli minimi kwantitattivi jintlaħqu – tagħti lok għall-obbligu ta’ notifika?

    2)

    Ix-xoljiment ta’ ftehim ta’ kooperazzjoni, bħal dak inkwistjoni f’din il-kawża, jikkostitwixxi miżura ta’ implementazzjoni koperta mill-projbizzjoni imposta bl-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 u skont liema kriterji għandu, għalhekk, jiġi evalwat?

    3)

    Fil-kuntest tar-risposta għat-tieni domanda hija rilevanti l-kwistjoni ta’ jekk ix-xoljiment effettivament ipproduċiex effetti sinjifikattivi, mill-perspettiva tad-dritt tal-kompetizzjoni, fuq is-suq?

    4)

    Jekk ir-risposta għat-tielet domanda tkun fl-affermattiv, qed jintalab li jiġi speċifikat skont liema kriterji u skont liema livell ta’ probabbiltà għandu jiġi evalwat, f’dan il-każ, jekk ix-xoljiment ipproduċiex tali effetti fuq is-suq, b’mod partikolari kemm jista’ jkun sinjifikattiv il-fatt li tali effetti jistgħu jkunu imputabbli għal kawżi oħra?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 40.


    Top