EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0554

Kawża C-554/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fil-31 ta’ Ottubru 2016 – EP Agrarhandel GmbH vs Bundesminister für Land-, Forst-, Umwelt und Wasserwirtschaft

ĠU C 46, 13.2.2017, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 46/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fil-31 ta’ Ottubru 2016 – EP Agrarhandel GmbH vs Bundesminister für Land-, Forst-, Umwelt und Wasserwirtschaft

(Kawża C-554/16)

(2017/C 046/15)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: EP Agrarhandel GmbH

Awtorità konvenuta: Bundesminister für Land-, Forst-, Umwelt und Wasserwirtschaft

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/672/KE (1), tal-20 ta’ Awwissu 2001, li tistabbilixxi regoli speċjali applikabbli għall-movimenti ta’ annimali bovini meta mqegħda jirgħu fis-sajf fl-oqsma tal-muntanji, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/300/UE (2), tal-25 ta’ Mejju 2010, jippekludi dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, bħalma huwa l-paragrafu 6(6) tal-Verordnung des Bundesministers für Land- und Forstwirtschaft, Umwelt und Wasserwirtschaft über die Kennzeichnung und Registrierung von Rindern (BGBl. II n.o201/2008) (digriet tal-ministeru federali għall-agrikoltura, il-forestrija, l-ambjent u l-ġestjoni tal-ilma dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ annimali bovini; iktar ’il quddiem, id-“digriet tal-2008 dwar l-identifikazzjoni tal-annimali bovini”), li, fir-rigward tal-konformità mat-termini kollha koperti minn din id-dispożizzjoni – u għaldaqstant anki fir-rigward tan-notifika ta’ moviment lejn mergħa tas-sajf – tqis l-irċevuta tan-notifika rilevanti bħala l-fattur determinanti?

2)

X’effett għandu t-tieni paragrafu tal-Artikolu 117 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (3), tad-19 ta’ Jannar 2009, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 fuq l-eliġibbiltà għal primjum għal annimali bovini li l-moviment tagħhom lejn mergħa tas-sajf ikun ġie innotifikat tard fis-sens tal-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni?

3)

Jekk in-notifika tard ta’ moviment lejn mergħa tas-sajf taħt it-tieni pararafu tal-Artikolu 117 tar-Regolament Nru 73/2009 ma tirriżultax fit-telf tal-eliġibbiltà għal primjum, jistgħu jiġu imposti sanzjonijiet għal tali notifika tard?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 33, p. 341.

(2)  ĠU L 127, p. 19.

(3)  ĠU L 30, p. 16.


Top