This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CN0412
Case C-412/16 P: Appeal brought on 27 July 2016 by Ice Mountain, Ibiza, SL against the judgment of the General Court (Third Chamber) delivered on 25 May 2016 in Case T-5/15 Ice Mountain Ibiza v EUIPO — Marbella Atlantic Ocean Club (ocean beach club ibiza)
Kawża C-412/16 P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2016 minn Ice mountain Ibiza, S.L. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fil-25 ta’ Mejju 2016 fil-Kawża T-5/15, Ice Mountain Ibiza vs EUIPO – Marbella Atlantic Ocean Club (ocean beach club ibiza)
Kawża C-412/16 P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2016 minn Ice mountain Ibiza, S.L. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fil-25 ta’ Mejju 2016 fil-Kawża T-5/15, Ice Mountain Ibiza vs EUIPO – Marbella Atlantic Ocean Club (ocean beach club ibiza)
ĠU C 46, 13.2.2017, p. 10–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 46/10 |
Appell ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2016 minn Ice mountain Ibiza, S.L. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fil-25 ta’ Mejju 2016 fil-Kawża T-5/15, Ice Mountain Ibiza vs EUIPO – Marbella Atlantic Ocean Club (ocean beach club ibiza)
(Kawża C-412/16 P)
(2017/C 046/13)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Ice Mountain Ibiza, S.L. (rappreżentanti: J. L. Gracia Albero u F. Miazzetto, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Talbiet
— |
tannulla totalment is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Mejju 2016 fil-Kawża T-5/15 Ice Mountain Ibiza, SL, vs l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (EU:T:2016:311); |
— |
tilqa’ totalment it-talbiet tar-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali; |
— |
tikkundanna lill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti sa issa quddiem l-Ewwel Bord tal-Appell tal-imsemmi Uffiċċju u quddiem il-Qorti Ġenerali. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appell huwa bbażat fuq l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (1) u, b’mod partikolari, fuq is-segwenti allegazzjonijiet u motivi.
1. |
Fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali tiddetermina b’mod żbaljat il-karattru distintiv tal-element “OCEAN”. Il-Qorti Ġenerali tiżnatura l-provi prodotti f’dan il-każ u tevalwahom b’mod illoġiku. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali ma tapplikax il-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja f’dan il-qasam, jiġifieri dik żviluppata fis-sentenzi C-479/12 (2) (il-Qorti Ġenerali evalwat il-provi prodotti b’mod eċċessivament rigoruż fid-dawl tad-diffikulta tal-għan probatorju) u C-24/05 P (3) (il-Qorti Ġenerali ma kkunsidratx l-opinjoni tal-konsumatur rilevanti). |
2. |
Fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali tikkonstata b’mod żbaljat il-karattru dominanti tal-elementi differenti. Żnaturament tal-fatti. Nuqqas ta’ koerenza fl-argumenti żviluppati fis-sentenza appellata sabiex jiġi ġġustifikat il-karattru dominanti tal-elementi verbali. Nuqqas ta’ applikazzjoni tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja żviluppata fis-sentenza C-251/95 (4) u C-342/97 (5) (il-Qorti Ġenerali tuża konsumatur rilevanti kompletament żnaturat). Applikazzjoni żbaljata tal-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali żviluppata fis-sentenza T-134/06 (6) (applikazzjoni inkoerenti tad-definizzjoni mogħtija tal-kunċett ta’ “element dominanti”). Nuqqas ta’ applikazzjoni tal-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali żviluppata fil-Kawżi magħquda T-83/11 u T-84/11 (7). Fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali tinjora l-ġurisprudenza eżistenti fil-każ fejn f’suq speċifiku l-provvista tkun ikbar mid-domanda. |
3. |
Fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali tikkonstata b’mod żbaljat l-eżistenza ta’ xebh bejn it-trade marks filwaqt li ma tieħux inkunsiderazzjoni ċirkustani rilevanti għall-finijiet ta’ din l-evalwazzjoni. Nuqqas ta’ applikazzjoni tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja żviluppata fis-sentenza C-251/95 moqrija flimkien mas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja C-361/04 P (8) u C-342/97 (9). |
4. |
Fis-sentenza appellata, il-Qorti tal-Ġustizzja tikkonkludi b’mod żbaljat li teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni. |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1)
(2) Sentenza tat-13 ta’ Frar 2014, H. Gautzsch Großhandel, C-479/12, EU:C:2014:75.
(3) Sentenza tat-22 ta’ Ġunju 2006, Storck vs UASI, C-24/05 P, EU:C:2006:421.
(4) Sentenza tal-11 ta’ Novembru 1997, SABEL, C-251/95, EU:C:1997:528.
(5) Sentenza tat-22 ta’ Ġunju 1999, Lloyd Schuhfabrik Meyer, C-342/97, EU:C:1999:323.
(6) Sentenza tat-13 ta’ Diċembru 2007, Xentral vs UASI – Paġni sofor (PAGESJAUNES.COM), T-134/06, EU:T:2007:387.
(7) Sentenza tat-13 ta’ Novembru 2012, Antrax It vs UASI – THC (Radjaturi u heaters), T-83/11 u T-84/11, EU:T:2012:592.
(8) Sentenza tat-12 ta’ Jannar 2006, Ruiz-Picasso et vs UASI, C-361/04 P, EU:C:2006:25.
(9) Sentenza tat-22 ta’ Ġunju 1999, Lloyd Schuhfabrik Meyer, C-342/97, EU:C:1999:323.