Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0552

    Kawża C-552/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is–Sitt Awla) tad–9 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Sofia-grad – il–Bulgarija) – “Wind Inovation 1” EOOD, taħt proċedura ta’ stralċ vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Sofia [Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Direttiva 2006/112/KE — Xoljiment ta’ kumpannija li jwassal għat-tħassir tagħha mir-reġistru tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Obbligu ta’ likwidazzjoni tal-VAT fuq assi eżistenti u biex titħallas il-VAT likwidata lill-Istat — Żamma jew emenda tal-liġi eżistenti fid-data tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea — It-tieni paragrafu tal-Artikolu 176 — Effett fuq id-dritt għal tnaqqis — Artikolu 168]

    ĠU C 5, 8.1.2018, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.1.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 5/13


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is–Sitt Awla) tad–9 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Sofia-grad – il–Bulgarija) – “Wind Inovation 1” EOOD, taħt proċedura ta’ stralċ vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Sofia

    (Kawża C-552/16) (1)

    ([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Xoljiment ta’ kumpannija li jwassal għat-tħassir tagħha mir-reġistru tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Obbligu ta’ likwidazzjoni tal-VAT fuq assi eżistenti u biex titħallas il-VAT likwidata lill-Istat - Żamma jew emenda tal-liġi eżistenti fid-data tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea - It-tieni paragrafu tal-Artikolu 176 - Effett fuq id-dritt għal tnaqqis - Artikolu 168])

    (2018/C 005/17)

    Lingwa tal-kawża: il–Bulgaru

    Qorti tar-rinviju

    Administrativen sad Sofia-grad

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti:“Wind Innovation 1” EOOD, taħt proċedura ta’ stralċ

    Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Sofia

    Dispożittiv

    1)

    Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li bis-saħħa tagħha t-tħassir obbligatorju mir-reġistru tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) ta’ kumpannija li x-xoljiment tagħha ġiet ordnata minn deċiżjoni ġudizzjarja twassal għall-obbligu li tiġi llikwidata l-VAT tal-input dovuta jew imħallsa fuq l-attivi eżistenti fid-data tax-xoljiment ta’ din il-kumpannija u li titħallas lill-Istat, bil-kundizzjoni li din ma twettaqx iktar tranżazzjonijiet ekonomiċi b’effett mix-xoljiment tagħha.

    2)

    Id-Direttiva 2006/112, b’mod partikolari l-Artikolu 168 tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li bis-saħħa tagħha t-tħassir obbligatorju mir-reġistru tal-VAT ta’ kumpannija li x-xoljiment tagħha ġie ordnat permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja twassal, anki meta din il-kumpannija tkompli twettaq tranżazzjonijiet ekonomiċi matul it-tqegħid tagħha f’likwidazzjoni, l-obbligu li tiġi llikwidata l-VAT tal-input dovuta jew imħallsa fuq l-attivi eżistenti fid-data ta’ dan ix-xoljiment u li titħallas lill-Istat u li, permezz tal-istess, tissuġġetta d-dritt għal tnaqqis għall-osservanza ta’ dan l-obbligu.


    (1)  ĠU C 22, 23.1.2017.


    Top