Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0463

    Kawża C-463/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-18 ta’ Jannar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Stadion Amsterdam CV vs Staatssecretaris van Financiën (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 77/388/KEE — It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 12(3)(a) — Rata mnaqqsa ta’ VAT — Anness H, kategorija 7 — Provvista waħda komposta minn żewġ elementi distinti — Applikazzjoni selettiva ta’ rata mnaqqsa ta’ VAT għal wieħed minn dawn l-elementi — Żjara turistika bl-isem ta’ “World of Ajax” — Żjara l-mużew tal-AFC Ajax)

    ĠU C 83, 5.3.2018, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.3.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 83/4


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-18 ta’ Jannar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Stadion Amsterdam CV vs Staatssecretaris van Financiën

    (Kawża C-463/16) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 77/388/KEE - It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 12(3)(a) - Rata mnaqqsa ta’ VAT - Anness H, kategorija 7 - Provvista waħda komposta minn żewġ elementi distinti - Applikazzjoni selettiva ta’ rata mnaqqsa ta’ VAT għal wieħed minn dawn l-elementi - Żjara turistika bl-isem ta’ “World of Ajax” - Żjara l-mużew tal-AFC Ajax))

    (2018/C 083/05)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Hoge Raad der Nederlanden

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Stadion Amsterdam CV

    Konvenuti: Staatssecretaris van Financiën

    Dispożittiv

    Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas 17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2001/4/KE, tad-19 ta’ Jannar 2001, għandha tiġi interpretata fis-sens li provvista waħda ta’ servizz, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, komposta minn żewġ elementi distinti, wieħed prinċipali, l-ieħor aċċessorju, li, kieku kellhom jingħataw b’mod separat, ikunu suġġetti għal rati differenti ta’ VAT, għandha tiġi ntaxxata b’rata unika ta’ VAT applikabbli għal din il-provvista waħda ddeterminata skont l-element prinċipali, u dan anki jekk il-prezz ta’ kull element li jifforma l-prezz totali mħallas minn konsumatur bil-għan li jkun jista’ jibbenefika minn din il-provvista jista’ jiġi identifikat.


    (1)  ĠU C 410, 7.11.2016


    Top