Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0453

    Kawża C-453/16 PPU: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tal-10 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Amsterdam – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – Eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra Halil Ibrahim Özçelik (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali — Mandat ta’ arrest Ewropew — Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI — Artikolu 8(1)(ċ) — Kunċett ta’ “mandat ta’ arrest” — Kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni — Mandat ta’ arrest nazzjonali maħruġ minn servizz ta’ pulizija u vvalidat minn prosekutur għall-finijiet ta’ azzjonijiet)

    ĠU C 14, 16.1.2017, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.1.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 14/17


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tal-10 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Amsterdam – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – Eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra Halil Ibrahim Özçelik

    (Kawża C-453/16 PPU) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali - Mandat ta’ arrest Ewropew - Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI - Artikolu 8(1)(ċ) - Kunċett ta’ “mandat ta’ arrest” - Kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni - Mandat ta’ arrest nazzjonali maħruġ minn servizz ta’ pulizija u vvalidat minn prosekutur għall-finijiet ta’ azzjonijiet))

    (2017/C 014/21)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Rechtbank Amsterdam

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Halil Ibrahim Özçelik

    Dispożittiv

    L-Artikolu 8(1)(ċ) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI, tat-13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI, tas-26 ta’ Frar 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li tikkostitwixxi “deċiżjoni ġudizzjarja”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, il-validazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, mill-Uffiċċju tal-Prosekutur ta’ mandat ta’ arrest nazzjonali, maħruġ qabel għall-finijiet ta’ proċeduri kriminali minn servizz ta’ pulizija.


    (1)  ĠU C 383, 17.10.2016.


    Top