Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0405

    Kawża C-405/16 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Marzu 2019 — Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Għajnuna mill-Istat — Għajnuna mogħtija minn ċerti dispożizzjonijiet tal-liġi Ġermaniża emendata dwar is-sorsi tal-enerġija rinnovabbli (EEG tal-2012) — Għajnuna lil produtturi tal-elettriku EEG u soprataxxa-EEG imnaqqsa għall-utenti li jagħmlu użu intensiv mill-enerġija — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna bħala parzjalment inkompatibbli mas-suq intern — Kunċett ta’ “għajnuna mill-Istat” — Vantaġġ — Riżorsi tal-Istat — Kontroll pubbliku tar-riżorsi — Miżura li tixbah taxxa fuq il-konsum tal-elettriku)

    ĠU C 187, 3.6.2019, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.6.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 187/3


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Marzu 2019 — Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawża C-405/16 P) (1)

    (Appell - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija minn ċerti dispożizzjonijiet tal-liġi Ġermaniża emendata dwar is-sorsi tal-enerġija rinnovabbli (EEG tal-2012) - Għajnuna lil produtturi tal-elettriku EEG u soprataxxa-EEG imnaqqsa għall-utenti li jagħmlu użu intensiv mill-enerġija - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna bħala parzjalment inkompatibbli mas-suq intern - Kunċett ta’ “għajnuna mill-Istat” - Vantaġġ - Riżorsi tal-Istat - Kontroll pubbliku tar-riżorsi - Miżura li tixbah taxxa fuq il-konsum tal-elettriku)

    (2019/C 187/03)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Appellanti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u R. Kanitz, aġenti, assistiti minn T. Lübbig, Rechtsanwalt)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann u T. Maxian Rusche, aġenti)

    Dispożittiv

    1)

    Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-10 ta’ Mejju 2016, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (T-47/15, EU:T:2016:281), hija annullata.

    2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1585 tal-25 ta’ Novembru 2014 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA. 33995 (2013/C) (ex 2013/NN) (implimentata mill-Ġermanja għall-appoġġ tal-elettriku rinnovabbli u tal-utenti li jagħmlu użu intensiv mill-enerġija), hija annullata.

    3)

    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż relatati kemm mal-proċedura ta’ appell kif ukoll mal-proċedura fl-ewwel istanza.


    (1)  ĠU C 326, 5.9.2016.


    Top