EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0142

Kawża C-142/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ April 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ambjent — Direttiva 92/43/KEE — Artikolu 6(3) — Konservazzjoni tal-habitats naturali — Bini tal-impjant tal-enerġija li jaħdem bil-faħam ta’ Moorburg (il-Ġermanja) — Żoni Natura 2000 fil-kuritur tax-xmara Elbe iktar ’il fuq mill-impjant tal-enerġija li jaħdem bil-faħam — Evalwazzjoni tal-effetti ta’ pjan jew ta’ proġett fuq sit protett)

ĠU C 195, 19.6.2017, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ April 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-142/16) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 92/43/KEE - Artikolu 6(3) - Konservazzjoni tal-habitats naturali - Bini tal-impjant tal-enerġija li jaħdem bil-faħam ta’ Moorburg (il-Ġermanja) - Żoni Natura 2000 fil-kuritur tax-xmara Elbe iktar ’il fuq mill-impjant tal-enerġija li jaħdem bil-faħam - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ pjan jew ta’ proġett fuq sit protett))

(2017/C 195/06)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Hermes u E. Manhaeve, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u J. Möller, aġenti, assistiti minn W. Ewer, avukat)

Dispożittiv

1)

Billi ma wettqitx, waqt l-awtorizzazzjoni għall-bini tal-impjant tal-enerġija li jaħdem bil-faħam ta’ Moorburg, qrib Hamburg (il-Ġermanja), evalwazzjoni korretta u kompleta tal-effetti, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 165, 10.5.2016.


Top