Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0111

    Kawża C-111/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Udine – l-Italja) – proċeduri kriminali kontra Giorgio Fidenato, Leandro Taboga, Luciano Taboga (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Agrikoltura — Ikel u għalf immodifikat ġenetikament — Miżuri ta’ emerġenza — Miżura nazzjonali intiża li tipprojbixxi l-koltivazzjoni ta’ qamħirrum immodifikat ġenetikament MON 810 — Żamma jew tiġdid tal-miżura — Regolament (KE) Nru 1829/2003 — Artikolu 34 — Regolament (KE) Nru 178/2002 — Artikoli 53 u 54 — Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni — Prinċipju ta’ prekawzjoni)

    ĠU C 382, 13.11.2017, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.11.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 382/16


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Udine – l-Italja) – proċeduri kriminali kontra Giorgio Fidenato, Leandro Taboga, Luciano Taboga

    (Kawża C-111/16) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Agrikoltura - Ikel u għalf immodifikat ġenetikament - Miżuri ta’ emerġenza - Miżura nazzjonali intiża li tipprojbixxi l-koltivazzjoni ta’ qamħirrum immodifikat ġenetikament MON 810 - Żamma jew tiġdid tal-miżura - Regolament (KE) Nru 1829/2003 - Artikolu 34 - Regolament (KE) Nru 178/2002 - Artikoli 53 u 54 - Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni - Prinċipju ta’ prekawzjoni))

    (2017/C 382/18)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Tribunale di Udine

    Partijiet fil-proċedura kriminali prinċipali

    Giorgio Fidenato, Leandro Taboga, Luciano Taboga

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Settembru 2003, dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament, moqri flimkien mal-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2002, li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Kummissjoni Ewropea ma għandhiex l-obbligu tadotta miżuri ta’ emerġenza, fis-sens ta’ dan l-aħħar artikolu, meta Stat Membru jinformaha uffiċjalment, skont l-Artikolu 54(1) ta’ dan l-aħħar regolament, dwar il-ħtieġa li tadotta tali miżuri, meta ma jkunx manifest li prodott awtorizzat mir-Regolament Nru 1829/2003 jew b’mod konformi miegħu, jista’ jkun ta’ riskju serju għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimali jew għall-ambjent.

    2)

    L-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 1829/2003, moqri flimkien mal-Artikolu 54 tar-Regolament Nru 178/2002, għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru jista’, wara li jkun informa uffiċjalment lill-Kummissjoni Ewropea dwar il-ħtieġa li tirrikorri għal miżuri ta’ emerġenza, u meta din ma tkun adottat ebda miżura b’mod konformi mal-Artikolu 53 tar-Regolament Nru 178/2002, minn naħa, jadotta tali miżuri fuq livell nazzjonali u, min-naħa l-oħra, iżommhom jew iġeddidhom, sakemm il-Kummissjoni ma tkunx adottat, b’mod konformi mal-Artikolu 54(2) ta’ dan l-aħħar regolament, deċiżjoni li timponi l-estensjoni tagħhom, l-emenda tagħhom jew l-abrogazzjoni tagħhom.

    3)

    L-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 1829/2003, moqri flimkien mal-prinċipju ta’ prekawzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 178/2002, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma jagħtix lill-Istati Membri l-possibbiltà jadottaw, b’mod konformi mal-Artikolu 54 tar-Regolament Nru 178/2002, miżuri ta’ emerġenza provviżorji biss fuq il-bażi ta’ dan il-prinċipju, mingħajr ma jkunu ssodisfatti l-kundizzjonijiet sostantivi previsti fl-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 1829/2003.


    (1)  ĠU C 191, 30.5.2016.


    Top