EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0710

Kawża T-710/15: Rikors ippreżentat fit-3 ta' Diċembru 2015 – Drex Technologies vs Il-Kunsill

ĠU C 59, 15.2.2016, p. 32–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 59/32


Rikors ippreżentat fit-3 ta' Diċembru 2015 – Drex Technologies vs Il-Kunsill

(Kawża T-710/15)

(2016/C 059/36)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Drex Technologies SA (Tortola, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara l-azzjoni tar-rikorrenti ammissibbli u fondata;

konsegwentement, tikkundanna lill-Unjoni Ewropea biex tikkumpensa d-dannu kollu sostnut mir-rikorrenti fl-ammont li l-Qorti Ġenerali għandha tiffissa b’mod ekwu;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv uniku bbażat fuq id-dannu morali sostnut minnha, jiġifieri li ppreġudika r-reputazzjoni tagħha, u li huwa f’rabta kawżali diretta mal-miżuri meħuda mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u li r-responsabbiltà tagħhom hija ta’ din tal-aħħar.


Top