This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015TN0692
Case T-692/15: Action brought on 25 November 2015 — HTTS v Council
Kawża T-692/15: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2015 – HTTS vs Il-Kunsill
Kawża T-692/15: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2015 – HTTS vs Il-Kunsill
ĠU C 59, 15.2.2016, p. 28–28
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 59/28 |
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2015 – HTTS vs Il-Kunsill
(Kawża T-692/15)
(2016/C 059/30)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniiż
Partijiet
Rikorrenti: HTTS Hanseatic Trade Trust & Shipping GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Schlingmann u M. Bever, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tħallasha kumpens li jammonta għal EUR 2 516 221,50 bħala riparazzjoni għad-danni materjali u morali kkawżati mill-inklużjoni tagħha fil-lista tal-persuni, entitajiet u organi li jidhru fl-Anness V tar-Regolament Nru 423/2007 u fl-Anness VIII tar-Regolament Nru 961/2010; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ħlas ta’ interessi moratorji bir-rata ta’ interessi applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament, u dan, mis-17 ta’ Ottubru 2015 sal-ħlas sħiħ tas-somma hawn fuq indikata; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż, u b’mod partikolari għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed ibbażat fuq ksur mill-Kunsill – li inkludiha bi żball fil-lista ta’ persuni, entitajiet u organi li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha ġew iffriżati – tad-dispożizzjonijiet ġuridiċi li jfittxu li jipproteġu interessi individwali u ma jħalli l-ebda marġni ta’ interpretazzjoni.
Ir-rikorrenti sofriet, skond hija, danni materjali u morali li huma l-konsegwenza diretta tal-miżuri restrittivi adottati bi żball fil-konfront tagħha mill-Kunsill.