EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0447

Kawża T-447/15: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2015 – Indecopi vs UASI – Synergy Group (PISCO SOUR)

ĠU C 320, 28.9.2015, p. 43–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/43


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2015 – Indecopi vs UASI – Synergy Group (PISCO SOUR)

(Kawża T-447/15)

(2015/C 320/60)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Instituto Nacional de Defensa de la Competencia y de la Protección de la Propiedad Intelectual (Indecopi) (San Borja, il-Perù) (rappreżentanti: M. A. Pomares Caballero u A. Pomares Caballero, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Synergy Group sp. z o.o. (Wrocław, il-Polonja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “PISCO SOUR” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1016 7682

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Ġunju 2015 fil-Każ R 1292/2014-4

Talbiet

tibdel id-deċiżjoni kkontestata billi tikkonstata li fil-kawża ineżami huma ssodisfatti r-rekwiżiti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tiegħu u tar-rikorrenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 23 Regolament Nru 110/2008.

Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009.


Top