Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0712

    Kawża T-712/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2017 – Crédit mutuel Arkéa vs BĊE [“Politika ekonomika u monetarja — Superviżjoni prudenzjali tal-istabbilimenti ta’ kreditu — Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 — Superviżjoni prudenzjali fuq bażi kkonsolidata — Grupp taħt superviżjoni prudenzjali — Stabbilimenti affiljati b’mod permanenti ma’ organu ċentrali — Artikolu 2(21)(c) tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 — Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 — Rekwiżiti ta’ fondi proprji — Artikolu 16(1)(c) u (2)(a) tar-Regolament Nru 1024/2013”]

    ĠU C 42, 5.2.2018, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.2.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 42/14


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2017 – Crédit mutuel Arkéa vs BĊE

    (Kawża T-712/15) (1)

    ([“Politika ekonomika u monetarja - Superviżjoni prudenzjali tal-istabbilimenti ta’ kreditu - Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 - Superviżjoni prudenzjali fuq bażi kkonsolidata - Grupp taħt superviżjoni prudenzjali - Stabbilimenti affiljati b’mod permanenti ma’ organu ċentrali - Artikolu 2(21)(c) tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 - Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 - Rekwiżiti ta’ fondi proprji - Artikolu 16(1)(c) u (2)(a) tar-Regolament Nru 1024/2013”])

    (2018/C 042/19)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Crédit mutuel Arkéa (Le Relecq Kerhuon, Franza) (rappreżentanti: H. Savoie u P. Mele, avukati)

    Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: K. Lackhoff, R. Bax u C. Olivier, aġenti, assistiti minn D. Martin, M. Pittie u M. Françon, avukati)

    Intervenjenti insostenn tal-kovenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci u K.-P. Wojcik, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-BĊE ECB/SSM/2015 – 9695000CG 7B84NLR5984/28 tal-5 ta’ Ottubru 2015 li tistabbilixxi r-rekwiżiti prudenzjali applikabbli għall-grupp Crédit mutuel.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Crédit mutuel Arkéa għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).

    3)

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 59, 15.2.2016.


    Top