Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0701

    Kawża T-701/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Jannar 2017 – Stock Polska vs EUIPO – Lass & Steffen (LUBELSKA) [“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea LUBELSKA — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti Lubeca — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Livell ta’ attenzjoni tal-pubbliku — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

    ĠU C 63, 27.2.2017, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.2.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 63/26


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Jannar 2017 – Stock Polska vs EUIPO – Lass & Steffen (LUBELSKA)

    (Kawża T-701/15) (1)

    ([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea LUBELSKA - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti Lubeca - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Livell ta’ attenzjoni tal-pubbliku - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

    (2017/C 063/36)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Stock Polska sp. z o.o. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: T. Gawrylczyk, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Rajh, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Lass & Steffen GmbH Wein- und Spirituosen-Import (Lübeck, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Kunz Hallstein, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Settembru 2015 (Każ R 1788/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Lass & Steffen Wein- und Spirituosen-Import u Stock Polska.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Stock Polska sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 38, 1.2.2016.


    Top