Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0637

    Kawża T-637/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-31 ta’ Mejju 2017 – Alma-The Soul of Italian Wine vs EUIPO – Miguel Torres (SOTTO IL SOLE ITALIANO SOTTO il SOLE) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva SOTTO IL SOLE ITALIANO SOTTO il SOLE — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti VIÑA SOL — Raġuni relattiva għal rifjut — Ħsara għall-karattru distintiv — Assenza ta’ xebh tas-sinjali — Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)

    ĠU C 231, 17.7.2017, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.7.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 231/22


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-31 ta’ Mejju 2017 – Alma-The Soul of Italian Wine vs EUIPO – Miguel Torres (SOTTO IL SOLE ITALIANO SOTTO il SOLE)

    (Kawża T-637/15) (1)

    ((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva SOTTO IL SOLE ITALIANO SOTTO il SOLE - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti VIÑA SOL - Raġuni relattiva għal rifjut - Ħsara għall-karattru distintiv - Assenza ta’ xebh tas-sinjali - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

    (2017/C 231/26)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Alma-The Soul of Italian Wine LLLP (Coral Gables, Florida, l-Istati Uniti) (rappreżentant: F. Terrano, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Miguel Torres, SA (Vilafranca del Penedès, Spanja) (rappreżentant: J. Güell Serra, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Settembru 2015 (Każ R 356/2015-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Miguel Torres u Alma-The Soul of Italian Wine.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), tat-3 ta’ Settembru 2015 (Każ R 356/20152015-2), hija annullata.

    2)

    L-EUIPO huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, l-ispejjeż tal-Alma-The Soul of Italian Wine LLLP.

    3)

    Miguel Torres, SA għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


    (1)  ĠU C 27, 25.1.2016.


    Top