EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0630

Kawża T-630/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Scandlines Danmark u Scandlines Deutschland vs Il-Kummissjoni (“Għajnuna mill-Istat — Finanzjament pubbliku tal-konnessjoni fissa bil-ferrovija u bit-triq tal-Fehmarn Belt — Għajnuna individwali — Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet — Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat u li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni u effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri — Kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà — Għajnuna intiża għat-twettiq ta’ proġett importanti ta’ interess Ewropew komuni — Neċessità tal-għajnuna — Effett ta’ inċentiv — Proporzjonalità tal-għajnuna — Diffikultajiet serji li jiġġustifikaw il-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali — Obbligu ta’ motivazzjoni — Komunikazzjoni dwar l-għajnuna mill-Istat intiża sabiex tippromwovi it-twettiq ta’ proġetti importanti ta’ interess Ewropew komuni”)

ĠU C 82, 4.3.2019, p. 37–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Scandlines Danmark u Scandlines Deutschland vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-630/15) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Finanzjament pubbliku tal-konnessjoni fissa bil-ferrovija u bit-triq tal-Fehmarn Belt - Għajnuna individwali - Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat u li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni u effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri - Kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà - Għajnuna intiża għat-twettiq ta’ proġett importanti ta’ interess Ewropew komuni - Neċessità tal-għajnuna - Effett ta’ inċentiv - Proporzjonalità tal-għajnuna - Diffikultajiet serji li jiġġustifikaw il-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali - Obbligu ta’ motivazzjoni - Komunikazzjoni dwar l-għajnuna mill-Istat intiża sabiex tippromwovi it-twettiq ta’ proġetti importanti ta’ interess Ewropew komuni”))

(2019/C 82/42)

Lingwa tal-kawża:l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Scandlines Danmark ApS (Kopenħagen, id-Danimarka) u Scandlines Deutschland GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment L. Sandberg-Mørch u M.-E. Vitali, sussegwentement L. Sandberg-Mørch, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Armati, L. Flynn u S. Noë, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Naturschutzbund Deutschland (NABU) eV (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Hohmuth, avukat), u Föreningen Svensk Sjöfart (Göteborg, l-Isvezja) (rappreżentanti: L. Sandberg-Mørch u J. Buendía Sierra, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: inizjalment C. Thorning, sussegwentement J. Nymann-Lindegren, aġenti, assistiti minn R. Holdgaard, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 5023 final, tat-23 ta’ Lulju 2015, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.39078 (2014/N) (id-Danimarka), li tirrigwarda l-finanzjament tal-proġett ta’ konnessjoni fissa bil-ferrovija u bit-triq tal-Fehmarn Belt (ĠU 2015, C 325, p. 5).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 5023 final, tat-23 ta’ Lulju 2015, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.39078 (2014/N) (id-Danimarka), li tirrigwarda l-finanzjament tal-proġett ta’ konnessjoni fissa bil-ferrovija u bit-triq tal-Fehmarn Belt (ĠU 2015, C 325, p. 5) hija annullata sa fejn il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tqajjimx oġġezzjonijiet fir-rigward tal-miżuri mogħtija mir-Renju tad-Danimarka lil Femern A/S għall-ippjanar, għall-kostruzzjoni u għall-użu tal-konnessjoni fissa tal-Fehmarn Belt.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż sostnuti minn Scandlines Danmark ApS u Scandlines Deutschland GmbH.

4)

Ir-Renju tad-Danimarka, Föreningen Svensk Sjöfart u Naturschutzbund Deutschland (NABU) eV għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


(1)  ĠU C 59, 15.2.2016.


Top