Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0411

    Kawża T-411/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ottubru 2017 – Gappol Marzena Porczyńska vs EUIPO – Gap (ITM) (GAPPOL) [“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva GAPPOL — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti GAP — Rikors inċidentali — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] — Reputazzjoni — Profitt mislut indebitament mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni — Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament 2017/1001] — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 94 tar-Regolament 2017/1001)”]

    ĠU C 382, 13.11.2017, p. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.11.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 382/38


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ottubru 2017 – Gappol Marzena Porczyńska vs EUIPO – Gap (ITM) (GAPPOL)

    (Kawża T-411/15) (1)

    ([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva GAPPOL - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti GAP - Rikors inċidentali - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Reputazzjoni - Profitt mislut indebitament mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament 2017/1001] - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 94 tar-Regolament 2017/1001)”])

    (2017/C 382/45)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: PP Gappol Marzena Porczyńska (Łódź, il-Polonja) (rappreżentant: J. Gwiazdowska, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Gap (ITM), Inc. (San Francisco, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Siciarek u J. Mrozowski, avukati)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Mejju 2015 (Każ R 686/2013-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Gap (ITM) u PP Gappol Marzena Porczyńska.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-13 ta’ Mejju 2015 (Każ R 686/2013-1) hija annullata sa fejn il-Bord tal-Appell ċaħad, b’applikazzjoni tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea [li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Ġunju 2017, dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea], l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni fir-rigward tal-prodotti li jaqgħu fil-klassi 20 u li jikkorrispondu għad-deskrizzjoni “għamara”.

    2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    3)

    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha marbuta mal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.


    (1)  ĠU C 328, 5.10.2015.


    Top