EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0393

Kawża T-393/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2017 – Università del Salento vs Il-Kummissjoni (“Klawżola ta’ arbitraġġ — Programm ġenerali “Drittijiet Fundamentali u Ġustizzja’ — Programm speċifiku ‘Ġustizzja Kriminali’ — Irkupru ta’ somom imħallsa mill-Kummissjoni b’eżekuzzjoni ta’ ftehim ta’ sussidju — Tpaċija ta’ djun — Klassifikazzjoni mill-ġdid parzjali tar-rikors — Talba intiża li tiġi kkonstatata l-ineżistenza ta’ dejn kuntrattwali”)

ĠU C 369, 30.10.2017, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/8


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2017 – Università del Salento vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-393/15) (1)

((“Klawżola ta’ arbitraġġ - Programm ġenerali “Drittijiet Fundamentali u Ġustizzja’ - Programm speċifiku ‘Ġustizzja Kriminali’ - Irkupru ta’ somom imħallsa mill-Kummissjoni b’eżekuzzjoni ta’ ftehim ta’ sussidju - Tpaċija ta’ djun - Klassifikazzjoni mill-ġdid parzjali tar-rikors - Talba intiża li tiġi kkonstatata l-ineżistenza ta’ dejn kuntrattwali”))

(2017/C 369/10)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Università del Salento (Lecce, l-Italja) (rappreżentant: F. Vetrò, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment L. Di Paolo, F. Moro, L. Cappelletti u O. Verheecke, sussegwentement L. Di Paolo, F. Moro u O. Verheecke, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, l-ewwel nett, għall-annullament tad-Deċiżjoni D/C4 – B.2 – 005817 tal-Kummissjoni, tal-4 ta’ Mejju 2015, li permezz tagħha twettqet tpaċija bejn ammont dovut lir-rikorrenti fir-rigward tal-eżekuzzjoni ta’ kuntratt fil-kuntest tal-ewwel proġett, Entice (Explaining the Nature of Technological Innovation in Chinese Enterprises), u dejn tar-rikorrenti fir-rigward tal-eżekuzzjoni ta’ kuntratt fil-kuntest tat-tieni proġett, intitolat “Judicial Training and Research on EU crimes against environment and maritime pollution”, it-tieni nett, għall-annullament ta’ kull att ieħor preċedenti, sussegwenti jew, fi kwalunkwe każ, konness ma’ din id-deċiżjoni u, it-tielet nett, sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallas lir-rikorrenti l-ammonti dovuti lilha b’eżekuzzjoni tal-proġett Entice u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża li tiġi kkonstatata l-ineżistenza tad-dejn invokat mill-Kummissjoni fir-rigward tal-eżekuzzjoni tat-tieni proġett.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Università del Salento hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 311, 21.9.2015.


Top