Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0138

    Kawża T-138/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Settembru 2017 – Aanbestedingskalender et vs Il-Kummissjoni (“Għajnuna mill-Istat — Miżuri ta’ finanzjament mogħtija mill-awtoritajiet Olandiżi għall-ħolqien u għall-introduzzjoni tal-pjattaforma TenderNed dwar l-għoti elettroniku ta’ kuntratti pubbliċi — Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat — Servizzi ta’ interess ġenerali mhux ekonomiċi”)

    ĠU C 382, 13.11.2017, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.11.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 382/37


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Settembru 2017 – Aanbestedingskalender et vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-138/15) (1)

    ((“Għajnuna mill-Istat - Miżuri ta’ finanzjament mogħtija mill-awtoritajiet Olandiżi għall-ħolqien u għall-introduzzjoni tal-pjattaforma TenderNed dwar l-għoti elettroniku ta’ kuntratti pubbliċi - Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat - Servizzi ta’ interess ġenerali mhux ekonomiċi”))

    (2017/C 382/44)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Aanbestedingskalender BV (Ede, il-Pajjiżi l-Baxxi); Negometrix BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi); CTM Solution BV (Breukelen, il-Pajjiżi l-Baxxi); Stillpoint Applications BV (Amsterdam), Huisinga Beheer BV (Amsterdam) (rappreżentanti: C. Dekker u L. Fiorilli, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P.-J. Loewenthal u K. Herrmann, aġenti)

    Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. Bulterman, B. Koopman u M. Noort, aġenti) u r-Repubblika Slovakka (rappreżentant: B. Ricziová, aġent)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 9548 finali, tat-18 ta’ Diċembru 2014, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.34646 (2014/NN) (ex 2012/CP) – Pjattaforma E-procurement TenderNed fil-Pajjiżi l-Baxxi.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Aanbestedingskalender BV, Negometrix BV, CTM Solution BV, Stillpoint Applications BV u Huisinga Beheer BV huma kkundannati għall-ispejjeż.

    3)

    Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u r-Repubblika Slovakka għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


    (1)  ĠU C 198, 15.6.2015.


    Top