EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015FN0115

Kawża F-115/15: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

ĠU C 320, 28.9.2015, p. 56–56 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/56


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-115/15)

(2015/C 320/78)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: N. De Montigy u J.-N. Louis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tillimita d-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent u d-dikjarazzjoni ta’ inapplikabbiltà tal-konklużjonijiet tal-kapijiet tal-amministrazzjoni tas-16 ta’ Ġunju 2005 sa fejn dawn jillimitaw l-akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent kif ukoll il-kundanna tal-konvenuta għall-ħlas tal-pensjoni tal-anzjanità li għaliha huwa għandu dritt.

Talbiet

Tiddikjara inapplikabbli għal dan il-każ il-konklużjonijiet tal-kapijiet tal-amministrazzjoni Nru 240/05 tas-16 ta’ Ġunju 2005 sa fejn dawn jillimitaw l-akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent marbuta mal-kumpens ta’ ġestjoni prorata tal-perijodu effettiv ta’ kontribuzzjoni relatat mal-karriera kompleta ta’ uffiċjal;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn din tillimita d-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent fir-rigward tal-kumpens ta’ ġestjoni prorata tal-perijodu ta’ kontribuzzjoni relatat man-numru tas-snin ta’ servizz ta’ karriera kompleta ta’ uffiċjal tal-Unjoni;

tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent il-pensjoni tal-anzjanità li għaliha għandu dritt, bit-tnaqqis tal-pensjoni fil-fatt imħallsa, miżjuda bl-interessi moratorji kkalkolati bir-rata applikata mill-BĊE għall-operazzjonijiet attwali tiegħu miżjuda b’żewġ punti;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


Top