EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CG0002

Opinjoni 2/15: Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (Seduta Plenarja) tas-16 ta’ Mejju 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea [Opinjoni mogħtija bis-saħħa tal-Artikolu 218(11) TFUE — Ftehim ta’ kummerċ ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Singapor — Ftehim “ġenerazzjoni l-ġdida” innegozjat wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattati UE u FUE — Kompetenza sabiex jiġi konkluż il-ftehim — Artikolu 3(1)(e) TFUE — Politika kummerċjali komuni — Artikolu 207(1) TFUE — Kummerċ ta’ merkanzija u ta’ servizzi — Investiment barrani dirett — Kuntratti pubbliċi — Aspetti kummerċjali tal-proprjetà intellettwali — Kompetizzjoni — Kummerċ mal-Istati terzi u żvilupp sostenibbli — Protezzjoni soċjali tal-ħaddiema — Protezzjoni tal-ambjent — Artikolu 207(5) TFUE — Servizzi fil-qasam tat-trasport — Artikolu 3(2) TFUE — Ftehim internazzjonali li jista’ jaffettwa regoli komuni jew ibiddel il-portata tagħhom — Regoli ta’ dritt idderivat tal-Unjoni fil-qasam tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi fil-qasam tat-trasport — Investiment barrani li ma huwiex dirett — Artikolu 216 TFUE — Ftehim meħtieġ sabiex jintlaħaq wieħed mill-għanijiet tat-Trattati — Moviment ħieles tal-kapital u tal-pagamenti bejn Stati Membri u Stati terzi — Suċċessjoni ta’ trattati fil-qasam tal-investiment — Sostituzzjoni ta’ ftehimiet ta’ investiment bejn Stati Membri u r-Repubblika ta’ Singapor — Dispożizzjonijiet istituzzjonali tal-ftehim — Riżoluzzjoni ta’ tilwim bejn investituri u Stati — Riżoluzzjoni ta’ tilwim bejn il-partijiet]

ĠU C 239, 24.7.2017, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 239/3


Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (Seduta Plenarja) tas-16 ta’ Mejju 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea

(Opinjoni 2/15) (1)

([Opinjoni mogħtija bis-saħħa tal-Artikolu 218(11) TFUE - Ftehim ta’ kummerċ ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Singapor - Ftehim “ġenerazzjoni l-ġdida” innegozjat wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattati UE u FUE - Kompetenza sabiex jiġi konkluż il-ftehim - Artikolu 3(1)(e) TFUE - Politika kummerċjali komuni - Artikolu 207(1) TFUE - Kummerċ ta’ merkanzija u ta’ servizzi - Investiment barrani dirett - Kuntratti pubbliċi - Aspetti kummerċjali tal-proprjetà intellettwali - Kompetizzjoni - Kummerċ mal-Istati terzi u żvilupp sostenibbli - Protezzjoni soċjali tal-ħaddiema - Protezzjoni tal-ambjent - Artikolu 207(5) TFUE - Servizzi fil-qasam tat-trasport - Artikolu 3(2) TFUE - Ftehim internazzjonali li jista’ jaffettwa regoli komuni jew ibiddel il-portata tagħhom - Regoli ta’ dritt idderivat tal-Unjoni fil-qasam tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi fil-qasam tat-trasport - Investiment barrani li ma huwiex dirett - Artikolu 216 TFUE - Ftehim meħtieġ sabiex jintlaħaq wieħed mill-għanijiet tat-Trattati - Moviment ħieles tal-kapital u tal-pagamenti bejn Stati Membri u Stati terzi - Suċċessjoni ta’ trattati fil-qasam tal-investiment - Sostituzzjoni ta’ ftehimiet ta’ investiment bejn Stati Membri u r-Repubblika ta’ Singapor - Dispożizzjonijiet istituzzjonali tal-ftehim - Riżoluzzjoni ta’ tilwim bejn investituri u Stati - Riżoluzzjoni ta’ tilwim bejn il-partijiet])

(2017/C 239/03)

Lingwa tal-proċedura: il-lingwi uffiċjali kollha

Rikorrenti

Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: U. Wölker, B. De Meester, R. Vidal-Puig u M. Kocjan, aġenti)

Opinjoni

Il-ftehim ta’ kummerċ ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Singapor jaqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni, minbarra d-dispożizzjonijiet li ġejjin, li jaqgħu taħt kompetenza kondiviża bejn l-Unjoni u l-Istati Membri:

id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima A (Protezzjoni tal-Investiment) tal-Kapitolu Disgħa (Investiment) ta’ dan il-ftehim, sa fejn huma relatati mal-investiment bejn l-Unjoni u r-Repubblika ta’ Singapor li ma huwiex dirett;

id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima B (Soluzzjoni tat-tilwim bejn l-Istat u l-Investitur) ta’ dan il-Kapitolu Disgħa, u

id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu I (Għanijiet u Definizzjonijiet Ġenerali), tal-Kapitolu Erbatax (Trasparenza), tal-Kapitolu Ħmistax (Soluzzjoni ta’ tilwimiet bejn il-Partijiet), tal-Kapitolu Sittax (Mekkaniżmu ta’ Medjazzjoni) u tal-Kapitolu Sbatax (Dispożizzjonijiet Istituzzjonali, Ġenerali u Finali) tal-imsemmi ftehim, sa fejn huma relatati mad-dispożizzjonijiet tal-imsemmi Kapitolu Disgħa u sa fejn dawn tal-aħħar jaqgħu taħt kompetenza kondiviża bejn l-Unjoni u l-Istati Membri.


(1)  ĠU C 363, 3.11.2015.


Top