Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CB0446

    Kawża C-446/15: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-10 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija – Signum Alfa Sped Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Kiemelt Adó- és Vám Főigazgatóság (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Tassazzjoni — Taxxa fuq il-valur miżjud — Direttiva 2006/112/KE — Dritt għal tnaqqis — Rifjut — Persuna li toħroġ il-fattura meqjusa li ma kinitx il-fornitur reali tas-servizzi ffatturati — Obbligi ta’ verifika li jaqgħu fuq il-persuna taxxabbli)

    ĠU C 63, 27.2.2017, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.2.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 63/5


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-10 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija – Signum Alfa Sped Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Kiemelt Adó- és Vám Főigazgatóság

    (Kawża C-446/15) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Dritt għal tnaqqis - Rifjut - Persuna li toħroġ il-fattura meqjusa li ma kinitx il-fornitur reali tas-servizzi ffatturati - Obbligi ta’ verifika li jaqgħu fuq il-persuna taxxabbli))

    (2017/C 063/07)

    Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

    Qorti tar-rinviju

    Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Signum Alfa Sped Kft.

    Konvenuta: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Kiemelt Adó- és Vám Főigazgatóság

    Dispożittiv

    Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu prassi nazzjonali li skontha l-amministrazzjoni fiskali tirrifjuta li tagħti lil persuna taxxabbli d-dritt li jnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud dovuta jew imħallsa għas-servizzi li ġew ipprovduti lilha għar-raġuni li l-fatturi relatati ma’ dawn is-servizzi ma jistgħux jitqiesu li huma affidabbli peress li l-persuna li ħarġet dawn il-fatturi ma setgħetx tkun il-fornitur reali tal-imsemmija servizzi, ħlief jekk jiġi pprovat, fid-dawl ta’ provi oġġettivi u mingħajr ma jiġi rikjest mill-persuna taxxabbli li twettaq verifiki li ma hijiex obbligata twettaq, li din il-persuna taxxabbli kienet taf jew messha kienet taf li l-imsemmija servizzi kienu involuti fi frodi tat-taxxa fuq il-valur miżjud, ħaġa li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.


    (1)  ĠU C 381, 16.11.2015.


    Top