Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0569

    Kawża C-569/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – X vs Staatssecretaris van Financiën (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Applikazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali — Ħaddiema migranti — Determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli — Regolament (KEE) Nru 1408/71 — Artikolu 14(2)(b)(i) — Persuna normalment impjegata fit-territorju ta’ żewġ Stati Membri jew iktar — Persuna impjegata fi Stat Membru u li teżerċita attività mħallsa fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor matul leave mingħajr ħlas ta’ tliet xhur.)

    ĠU C 382, 13.11.2017, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.11.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 382/8


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – X vs Staatssecretaris van Financiën

    (Kawża C-569/15) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Applikazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali - Ħaddiema migranti - Determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Artikolu 14(2)(b)(i) - Persuna normalment impjegata fit-territorju ta’ żewġ Stati Membri jew iktar - Persuna impjegata fi Stat Membru u li teżerċita attività mħallsa fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor matul leave mingħajr ħlas ta’ tliet xhur.))

    (2017/C 382/07)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Hoge Raad der Nederlanden

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: X

    Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

    Dispożittiv

    L-Artikolu 14(2)(b)(i) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nruo1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, fil-verżjoni emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 592/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Ġunju 2008, għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna li tirrisjedi u li teżerċita attività mħallsa fit-territorju ta’ Stat Membru u li, matul perijodu ta’ tliet xhur, tieħu leave mingħajr ħlas u teżerċita attività mħallsa fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għandha titqies li teżerċita normalment attività mħallsa fit-territorju ta’ żewġ Stati Membri fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, kemm-il darba, minn naħa, matul dan il-perijodu ta’ leave, din titqies li teżerċita attività mħallsa mil-leġiżlazzjoni fil-qasam tas-sigurtà soċjali tal-ewwel Stat Membru u li, min-naħa l-oħra, l-attività eżerċitata fit-territorju tat-tieni Stat Membru jkollha natura abitwali u sinjifikanti, liema ħaġa għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju.


    (1)  ĠU C 38, 01.02.2016.


    Top