This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CA0378
Case C-378/15: Judgment of the Court (Third Chamber) of 14 December 2016 (request for a preliminary ruling from the Commissione Tributaria Regionale di Roma — Italy) — Mercedes Benz Italia SpA v Agenzia delle Entrate Direzione Provinciale Roma 3 (Reference for a preliminary ruling — Taxation — Value added tax — Directive 77/388/EEC — Article 17(5), third subparagraph, point (d) — Scope — Application of a deductible proportion to the value added tax charged on the acquisition of all goods and services used by a taxable person — Incidental transactions — Use of turnover as an indicator)
Kawża C-378/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione Tributaria Regionale di Roma – l-Italja) – Mercedes Benz Italia SpA vs Agenzia delle Entrate Direzione Provinciale Roma 3 (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Taxxa fuq il-valur miżjud — Direttiva 77/388/KEE — Il-punt (d) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(5) — Kamp ta’ applikazzjoni — Applikazzjoni ta’ proporzjon ta’ tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud imposta fuq l-akkwist tal-oġġetti u tas-servizzi kollha użati minn persuna taxxabbli — Tranżazzjonijiet anċillari — Użu tad-dħul mill-bejgħ bħala indizzju)

ĠU C 46, 13.2.2017, p. 5–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 46/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Diċembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione Tributaria Regionale di Roma – l-Italja) – Mercedes Benz Italia SpA vs Agenzia delle Entrate Direzione Provinciale Roma 3
(Kawża C-378/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 77/388/KEE - Il-punt (d) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(5) - Kamp ta’ applikazzjoni - Applikazzjoni ta’ proporzjon ta’ tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud imposta fuq l-akkwist tal-oġġetti u tas-servizzi kollha użati minn persuna taxxabbli - Tranżazzjonijiet anċillari - Użu tad-dħul mill-bejgħ bħala indizzju))
(2017/C 046/06)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Commissione Tributaria Regionale di Roma
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Mercedes Benz Italia SpA
Konvenuta: Agenzia delle Entrate Direzione Provinciale Roma 3
Dispożittiv
Il-punt (d) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(5) u l-Artikolu 19 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni u prassi nazzjonali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jimponu fuq persuna taxxabbli:
— |
li tapplika għall-oġġetti u għas-servizzi kollha akkwistati minnha proporzjon ta’ tnaqqis ibbażat fuq id-dħul mill-bejgħ, mingħajr ma jipprevedu metodu ta’ kalkolu li jkun ibbażat fuq in-natura u d-destinazzjoni effettiva ta’ kull wieħed mill-oġġetti u mis-servizzi akkwistati u li jirrifletti oġġettivament is-sehem ta’ imputazzjoni reali tal-ispejjeż sostnuti f’kull waħda mill-attivitajiet intaxxati u mhux intaxxati; u |
— |
li tirreferi għall-kompożizzjoni tad-dħul mill-bejgħ tagħha sabiex tidentifika t-tranżazzjonijiet li jikklassifikaw bħala “anċillari”, sakemm l-evalwazzjoni magħmula għal dan il-għan tieħu wkoll inkunsiderazzjoni r-relazzjoni ta’ dawn it-tranżazzjonijiet mal-attivitajiet taxxabbli ta’ din il-persuna taxxabbli u, jekk ikun il-każ, l-użu li huma jagħmlu tal-oġġetti u tas-servizzi li għalihom hija dovuta t-taxxa fuq il-valur miżjud. |