Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0313

    Kawżi magħquda C-313/15 u C-530/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Novembru 2016 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de commerce de Paris, Conseil d'État – Franza) – Eco-Emballages SA vs Sphère France SAS et (C-313/15), Melitta France SAS et vs Ministre de l’Écologie, du Développement durable et de l'Énergie (C-530/15) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ambjent — Direttiva 94/62/KE — Artikolu 3 — Imballaġġ u skart mill-imballaġġ — Kunċett — Rollijiet, tubi jew ċilindri li jitkebbu magħhom prodotti flessibbli (“Mandrini”) — Direttiva 2013/2/UE — Validità — Modifika mill-Kummissjoni Ewropea tal-lista ta’ eżempji ta’ imballaġġ li tinsab fl-Anness I tad-Direttiva 94/62/KE — Ksur tal-kunċett ta’ “imballaġġ” — Ksur tas-setgħat ta’ implementazzjoni)

    ĠU C 14, 16.1.2017, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.1.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 14/11


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Novembru 2016 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de commerce de Paris, Conseil d'État – Franza) – Eco-Emballages SA vs Sphère France SAS et (C-313/15), Melitta France SAS et vs Ministre de l’Écologie, du Développement durable et de l'Énergie (C-530/15)

    (Kawżi magħquda C-313/15 u C-530/15) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Direttiva 94/62/KE - Artikolu 3 - Imballaġġ u skart mill-imballaġġ - Kunċett - Rollijiet, tubi jew ċilindri li jitkebbu magħhom prodotti flessibbli (“Mandrini”) - Direttiva 2013/2/UE - Validità - Modifika mill-Kummissjoni Ewropea tal-lista ta’ eżempji ta’ imballaġġ li tinsab fl-Anness I tad-Direttiva 94/62/KE - Ksur tal-kunċett ta’ “imballaġġ” - Ksur tas-setgħat ta’ implementazzjoni))

    (2017/C 014/14)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal de commerce de Paris, Conseil d'État

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    (Kawża C-313/15)

    Rikorrenti: Eco-Emballages SA

    Konvenuti: Sphère France SAS, Carrefour Import SAS, SCA Tissue France SAS, Melitta France SAS, SCA Hygiène Products SAS, Wepa France SAS, li kienet Wepa Troyes SAS, Industrie Cartarie Tronchetti SpA, Industrie Cartarie Tronchetti Ibérica SL, Cofresco Frischhalteprodukte GmbH & Co. KG, Kimberly-Clark SAS, Gopack SAS, Délipapier SAS, Scamark SAS, CMC France SARL, Schweitzer SAS, Paul Hartmann SA, Wepa France SAS, li kienet Wepa Lille SAS, Système U Centrale Nationale SA, Industrie Cartarie Tronchetti France SAS

    fil-preżenza ta’: Group’Hygiène syndicat professionnel (C-313/15)

    (Kawża C-530/15)

    Rikorrenti: Melitta France SAS, Cofresco Frischhalteprodukte GmbH & Co. KG, Délipapier SAS, Gopack SAS, Industrie Cartarie Tronchetti SpA, Industrie Cartarie Tronchetti Ibérica SL, Kimberly-Clark SAS, Wepa France SAS, li kienet Lucart France, Paul Hartmann SA, SCA Hygiène Products SAS, SCA Tissue France SAS, Group’Hygiène syndicat professionnel

    Konvenut: Ministre de l’Écologie, du Développement durable et de l'Énergie

    fil-preżenza ta’: Industrie Cartarie Tronchetti France SAS

    Dispożittiv

    L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 1994, dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, kif emendata bid-Direttiva 2004/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, għandu jiġi interpretat fis-sens li mandrini fil-forma ta’ roll, tubu jew ċilindru, li jitkebbu magħhom prodotti flessibbli, mibjugħin lill-konsumaturi, jikkostitwixxu “imballaġġ” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.


    (1)  ĠU C 294, 7.9.2015.

    ĠU C 414, 14.12.2015.


    Top