Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0258

    Kawża C-258/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-15 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia del País Vasco – Spanja) – Gorka Salaberria Sorondo vs Academia Vasca de Policía y Emergencias (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol — Direttiva 2000/78/KE — Artikolu 2(2) u Artikolu 4(1) — Diskriminazzjoni bbażata fuq l-età — Limitazzjoni tar-reklutaġġ tal-uffiċjali tal-pulizija tal-Komunità Awtonoma tal-Pajjiż Bask għall-kandidati li ma laħqux l-età ta’ 35 sena — Kunċett ta’ “ħtieġa ġenwina u determinanti tax-xogħol [rekwiżit professjonali ġenwin u determinanti]” — Għan imfittex — Proporzjonalità)

    ĠU C 14, 16.1.2017, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.1.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 14/8


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-15 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia del País Vasco – Spanja) – Gorka Salaberria Sorondo vs Academia Vasca de Policía y Emergencias

    (Kawża C-258/15) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol - Direttiva 2000/78/KE - Artikolu 2(2) u Artikolu 4(1) - Diskriminazzjoni bbażata fuq l-età - Limitazzjoni tar-reklutaġġ tal-uffiċjali tal-pulizija tal-Komunità Awtonoma tal-Pajjiż Bask għall-kandidati li ma laħqux l-età ta’ 35 sena - Kunċett ta’ “ħtieġa ġenwina u determinanti tax-xogħol [rekwiżit professjonali ġenwin u determinanti]” - Għan imfittex - Proporzjonalità))

    (2017/C 014/10)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal Superior de Justicia del País Vasco

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Gorka Salaberria Sorondo

    Konvenuta: Academia Vasca de Policía y Emergencias

    Dispożittiv

    L-Artikolu 2(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, moqri flimkien mal-Artikolu 4(1) tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi li l-kandidati għall-pożizzjonijiet ta’ uffiċjali ta’ korp tal-pulizija li jwettqu l-funzjonijiet operattivi jew eżekuttivi kollha imposti fuqu, ma għandhomx ikunu laħqu l-età ta’ 35 sena.


    (1)  ĠU C 270, 17.8.2015.


    Top