EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0174

Kawża C-174/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tar- Rechtbank Den Haag – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Vereniging Openbare Bibliotheken vs Stichting Leenrecht (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati — Dritt ta’ kiri u ta’ self ta’ xogħlijiet protetti — Direttiva 2006/115/KE — Artikolu 1(1) — Self ta’ kopji ta’ xogħlijiet — Artikolu 2(1) — Self ta’ oġġetti — Self ta’ kopja ta’ ktieb f’forma diġitali — Libreriji pubbliċi)

ĠU C 14, 16.1.2017, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tar- Rechtbank Den Haag – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Vereniging Openbare Bibliotheken vs Stichting Leenrecht

(Kawża C-174/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati - Dritt ta’ kiri u ta’ self ta’ xogħlijiet protetti - Direttiva 2006/115/KE - Artikolu 1(1) - Self ta’ kopji ta’ xogħlijiet - Artikolu 2(1) - Self ta’ oġġetti - Self ta’ kopja ta’ ktieb f’forma diġitali - Libreriji pubbliċi))

(2017/C 014/07)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Den Haag

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Vereniging Openbare Bibliotheken

Konvenut: Stichting Leenrecht

fil-preżenza ta’: Vereniging Nederlands Uitgeversverbond, Stichting LIRA, Stichting Pictoright,

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1(1), l-Artikolu 2(1)(b) u l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2006/115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kunċett ta’ “self”, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, ikopri s-self ta’ kopja ta’ ktieb f’forma diġitali, meta dan is-self isir billi titqiegħed din il-kopja fuq is-server ta’ librerija pubblika u tippermetti lil utent li jirriproduċi l-imsemmija kopja billi jniżżilha fuq il-kompjuter tiegħu stess, sakemm kopja waħda biss tista’ titniżżel tul il-perijodu tas-self u li, wara l-iskadenza ta’ dan il-perijodu, il-kopja li titniżżel minn dan l-utent ma għadhiex iktar tista’ tintuża minn dan l-utent.

2)

Id-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari, l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2006/115, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li Stat Membru jissuġġetta l-applikazzjoni tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2006/115 għall-kundizzjoni li l-kopja ta’ ktieb f’forma diġitali li tkun saret disponibbli mil-librerija pubblika kienet tqiegħdet fiċ-ċirkulazzjoni permezz tal-ewwel bejgħ jew tal-ewwel trasferiment ieħor ta’ proprjetà ta’ din il-kopja fl-Unjoni Ewropea mid-detentur tad-dritt għal distribuzzjoni lill-pubbliku jew bil-kunsens tiegħu, fis-sens tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2001/29 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni.

3)

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2006/115 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li d-deroga ta’ self pubbliku li huwa jipprevedi tapplika għat-tqegħid għad-dispożizzjoni minn librerija pubblika ta’ kopja ta’ ktieb f’forma diġitali fil-każ fejn din il-kopja kienet inkisbet minn sors illegali.


(1)  ĠU C 213, 29.06.2015


Top