EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0815

Kawża T-815/14: Rikors ippreżentat fis- 17 ta’ Diċembru 2014 – Closet Clothing vs UASI – (Closed Holding (CLOSET)

ĠU C 65, 23.2.2015, p. 41–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/41


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2014 – Closet Clothing vs UASI – (Closed Holding (CLOSET)

(Kawża T-815/14)

(2015/C 065/57)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Closet Clothing Co. Ltd (Barnet, ir-Renju Unit) (rappreżentant: M. Elmslie, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Closed Holding AG (Hamburg, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “CLOSET” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 0 8 02  891

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Ottubru/2014 fil-Każ R 423/2014-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


Top