EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0768

Kawża T-768/14: Rikors ippreżentat fid- 19 ta’ Novembru 2014 – ANKO vs Il-Kummissjoni

ĠU C 65, 23.2.2015, p. 35–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/35


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2014 – ANKO vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-768/14)

(2015/C 065/49)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: ANKO AE Antiprosopeion, Emporeiou kai Viomichanias (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: V. Christianos, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tikkonstata li s-somma ta’ EUR 3 77  733,93 imħallsa mill-Kummissjoni lir-rikorrenti għall-proġett POCEMON tikkorrispondi għal spejjeż eliġibbli u li, konsegwentement, din tal-aħħar ma hijiex marbuta li tirrimborsaha bħala rċevuta indebitament u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors preżenti jikkonċerna r-responsabbiltà, attribwita lill-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu 272 TFUE, abbażi tal-kuntratt Nru 216088, relattiv għall-implementazzjoni tal-proġett “Point Of CarE MONitoring and Diagnostics for Autoimmune Diseases” (POCEMON). Iktar preċiżament, ir-rikorrenti ssostni li, għalkemm hija eżegwixxiet l-obbligi kuntrattwali tagħha, il-Kummissjoni talbet ir-rimbors tas-somom imħallsa lil ANKO, peress li dawn jikkorrispondu għal spejjeż mhux eliġibbli u dan, bi ksur tal-kuntratt imsemmi, tal-prinċipju ta’ bona fede, tal-projbizzjoni tal-abbuż ta’ dritt u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

Għal din ir-raġuni, ir-rikorrenti ssostni, l-ewwel nett, li l-Kummissjoni tibbaża ruħha fuq argumenti totalment infondati, li, f’kull każ, ma humiex stabbiliti, sabiex tiċħad prattikament it-totalità tal-ispejjeż ta’ ANKO għaliex dawn allegatament ma humiex eliġibbli u biex titlob ir-rimbors tas-somma mħallsa lil ANKO għall-proġett POCEMON. It-tieni nett, din issostni li, billi ċaħdet 98,68 % tal-kontribuzzjoni dovuta għar-raġuni li din allegatament ma tikkorrispondix ma’ spejjeż eliġibbli li r-rikorrenti kellha tbati għall-bżonnijiet tal-proġett, il-Kummissjoni kisret il-prinċipji ta’ projbizzjoni tal-abbuż ta’ dritt u ta’ proporzjonalità.


Top