Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TB0673

    Kawża T-673/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Diċembru 2015 – L-Italja vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Trasport — Stabbiliment ta’ Airport Handling SpA — Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Miżuri ta’ għajnuna eżegwiti kompletament fid-data tal-preżentata tar-rikors — Inammissibbiltà)

    ĠU C 59, 15.2.2016, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.2.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 59/18


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Diċembru 2015 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-673/14) (1)

    ((“Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Trasport - Stabbiliment ta’ Airport Handling SpA - Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Miżuri ta’ għajnuna eżegwiti kompletament fid-data tal-preżentata tar-rikors - Inammissibbiltà))

    (2016/C 059/19)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn S. Fiorentino u A. De Stefano, avvocati dello Stato)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Conte u S. Noë, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 4537 finali, tad-9 ta’ Lulju 2014, li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, skont l-Artikolu 108(2) TFUE, dwar l-istabbiliment tal-kumpannija Airport Handling [għajnuna mill-Istat SA.21420 (2014/C)(ex 20 14/NN)(ex 20 13/PN)]

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud għaliex inammissibbli.

    2)

    Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 409, 17.11.2014.


    Top