Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0705

    Kawża T-705/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2018 – Unichem Laboratories vs Il-Kummissjoni (“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-perindopril, prodott mediċinali intiż għall-kura tal-mard kardjovaskulari, fil-verżjonijiet tal-bidu u ġeneriċi tiegħu — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Ftehim ta’ riżoluzzjoni bonarja tat-tilwimiet fil-qasam tal-privattivi — Ġurisdizzjoni territorjali tal-Kummissjoni — Imputazzjoni tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Proċedura amministrattiva — Protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn avukati u klijenti — Kompetizzjoni potenzjali — Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan — Neċessità oġġettiva tar-restrizzjoni — Konċiljazzjoni bejn dritt tal-kompetizzjoni u dritt tal-privattivi — Kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni tal-Artikolu 101(3) TFUE — Multi”)

    ĠU C 82, 4.3.2019, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.3.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 82/30


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2018 – Unichem Laboratories vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-705/14) (1)

    ((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-perindopril, prodott mediċinali intiż għall-kura tal-mard kardjovaskulari, fil-verżjonijiet tal-bidu u ġeneriċi tiegħu - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Ftehim ta’ riżoluzzjoni bonarja tat-tilwimiet fil-qasam tal-privattivi - Ġurisdizzjoni territorjali tal-Kummissjoni - Imputazzjoni tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Proċedura amministrattiva - Protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn avukati u klijenti - Kompetizzjoni potenzjali - Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan - Neċessità oġġettiva tar-restrizzjoni - Konċiljazzjoni bejn dritt tal-kompetizzjoni u dritt tal-privattivi - Kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni tal-Artikolu 101(3) TFUE - Multi”))

    (2019/C 82/33)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Unichem Laboratories Ltd (Mumbai, l-Indja) (rappreżentanti: S. Mobley, K. Shaw, K. Cousins, M. Healy, H. Sheraton u E. Batchelor, sollicitors)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Castilla Contreras, T. Vecchi u B. Mongin, sussegwentement F. Castilla Contreras, B. Mongin u C. Vollrath, aġenti, assistiti minn S. Kingston, barrister)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, prinċipalment, għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 4955 finali, tad-9 ta’ Lulju 2014, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE (Każ AT.39612 – Perindopril (Servier)), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti u, sussidjarjament, għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa li ġiet imposta kontriha permeżż tal-imsemmija deċiżjoni.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Unichem Laboratories Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 448, 15.12.2014.


    Top