EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0680

Kawża T-680/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2018 – Lupin vs Il-Kummissjoni (“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-perindopril, prodott mediċinali intiż għall-kura tal-mard kardjovaskulari, fil-verżjonijiet tal-bidu u ġeneriċi tiegħu — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Ftehim ta’ riżoluzzjoni bonarja tat-tilwimiet fil-qasam tal-privattivi — Ftehim ta’ akkwiżizzjoni ta’ teknoloġija — Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan — Konċiljazzjoni bejn dritt tal-kompetizzjoni u dritt tal-privattivi”)

ĠU C 82, 4.3.2019, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2018 – Lupin vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-680/14) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-perindopril, prodott mediċinali intiż għall-kura tal-mard kardjovaskulari, fil-verżjonijiet tal-bidu u ġeneriċi tiegħu - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Ftehim ta’ riżoluzzjoni bonarja tat-tilwimiet fil-qasam tal-privattivi - Ftehim ta’ akkwiżizzjoni ta’ teknoloġija - Restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan - Konċiljazzjoni bejn dritt tal-kompetizzjoni u dritt tal-privattivi”))

(2019/C 82/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lupin Ltd (Maharashtra, l-Indja) (rappreżentanti: inizjalment M. Pullen, R. Fawcett-Feuillette, solicitors, M. Hoskins, QC, V. Wakefield, barrister u M. Boles, solicitor, sussegwentement M. Hoskins, V. Wakefield, M. Boles, K. Vernon u S. Smith, solicitors, u fl-aħħar nett M. Hoskins, V. Wakefield, S. Smith u C. Wall, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Castilla Contreras, B. Mongin u T. Vecchi, sussegwentement F. Castilla Contreras, B. Mongin u C. Vollrath, aġenti, assistiti minn B. Rayment, barrister)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 4955 finali, tad-9 ta’ Lulju 2014, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE (Każ AT.39612 – Perindopril (Servier)), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti, u, sussidjarjament, għall-annullament tal-multa imposta fuqha mill-imsemmija deċiżjoni jew it-tnaqqis tal-ammont tagħha.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Lupin Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 439, 8.12.2014.


Top