EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0660

Kawża T-660/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2015 – SV Capital vs EBA (“Politika ekonomika u monetarja — Talba għal ftuħ ta’ investigazzjoni għal allegat ksur tad-dritt tal-Unjoni — Deċiżjoni tal-EBA — Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-Awtoritajiet Ewropej ta’ Sorveljanza — Konstatazzjoni ex officio — Nuqqas ta’ kompetenza tal-awtur tal-att — Rikors għal annullament — Terminu tar-rikors — Tardività — Inammissibbiltà parzjali”)

ĠU C 346, 19.10.2015, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2015 – SV Capital vs EBA

(Kawża T-660/14) (1)

((“Politika ekonomika u monetarja - Talba għal ftuħ ta’ investigazzjoni għal allegat ksur tad-dritt tal-Unjoni - Deċiżjoni tal-EBA - Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-Awtoritajiet Ewropej ta’ Sorveljanza - Konstatazzjoni ex officio - Nuqqas ta’ kompetenza tal-awtur tal-att - Rikors għal annullament - Terminu tar-rikors - Tardività - Inammissibbiltà parzjali”))

(2015/C 346/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: SV Capital OÜ (Tallinn, l-Estonja) (rappreżentant: M. Greinoman, avukat)

Konvenuta: L-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) (rappreżentanti: J. Overett Somnier u Z. Giotaki, aġenti, assistiti minn F. Tuytschaever, avukat)

Parti konvenuta insostenn tal-parti konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Mölls u K.-P. Wojcik, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-EBA C 2013 002, tal-21 ta’ Frar 2014, li tiċħad it-talba tar-rikorrenti sabiex tinfetaħ investigazzjoni kontra l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-settur finanzjarju Estonjana u Finlandiża, skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Novembru 2010, li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, p. 12), minħabba allegat ksur tad-dritt tal-Unjoni Ewropea u, min-naħa l-oħra, tad-Deċiżjoni 2014-C1-02 tal-Bord tal-Appell tal-Awtoritajiet Ewropej ta’ Sorveljanza, tal-14 ta’ Lulju 2014, li tiċħad l-appell minn din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni 2014-C1-02 tal-Bord tal-Appell tal-Awtoritajiet Ewropej ta’ Sorveljanza, tal-14 ta’ Lulju 2014, hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 431, 01.12.2014.


Top