EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014FA0028

Kawża F-28/14: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-9 ta’ Settembru 2015 – De Loecker vs SEAE (Servizz pubbliku — Persunal tal-SEAE — Membru tal-persunal temporanju — Kap ta’ delegazzjoni f’pajjiż terz — Ksur tar-rabta ta’ fiduċja — Trasferiment lejn is-sede tal-SEAE — Rexissjoni bikrija ta’ kuntratt ta’ reklutaġġ — Preavviż — Motivazzjoni tad-deċiżjoni — Artikolu 26 tar-Regolamenti tal-Persunal — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal smigħ)

ĠU C 346, 19.10.2015, p. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/38


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-9 ta’ Settembru 2015 – De Loecker vs SEAE

(Kawża F-28/14) (1)

((Servizz pubbliku - Persunal tal-SEAE - Membru tal-persunal temporanju - Kap ta’ delegazzjoni f’pajjiż terz - Ksur tar-rabta ta’ fiduċja - Trasferiment lejn is-sede tal-SEAE - Rexissjoni bikrija ta’ kuntratt ta’ reklutaġġ - Preavviż - Motivazzjoni tad-deċiżjoni - Artikolu 26 tar-Regolamenti tal-Persunal - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal smigħ))

(2015/C 346/42)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Stéphane De Loecker (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment J.-N. Louis u D. de Abreu Caldas, avukati, sussegwentement J.-N. Louis u N. de Montigny, avukati)

Konvenuta: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: S. Marquardt u M. Silva, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea li jirrexxindu l-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju tar-rikorrent, li jirrifjutaw li jisimgħuh għal fatti ta’ fastidju psikoloġiku, li jiċħdu t-talba tiegħu li jiġi maħtur investigatur estern u li l-ilment tiegħu jiġi rreġistrat bħala talba.

Dispożittiv tas-sentenza

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

S. De Loecker għandu jbatu l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat jbati l-ispejjeż kollha tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.


(1)  ĠU C 184, 16.6.2014, p. 44.


Top