Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0429

    Kawża C-429/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (il-Litwanja) fit- 18 ta’ Settembru 2014 – AS Air Baltic Corporation vs Lietuvos Respublikos specialiųjų tyrimų tarnyba

    ĠU C 421, 24.11.2014, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 421/21


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (il-Litwanja) fit-18 ta’ Settembru 2014 – AS Air Baltic Corporation vs Lietuvos Respublikos specialiųjų tyrimų tarnyba

    (Kawża C-429/14)

    2014/C 421/31

    Lingwa tal-kawża: il-Litwan

    Qorti tar-rinviju

    Lietuvos Aukščiausiasis Teismas

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: AS Air Baltic Corporation

    Konvenut: Lietuvos Respublikos specialiųjų tyrimų tarnyba

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikoli 19, 22 u 29 tal-Konvenzjoni ta’ Montréal għandhom jiġu interpretati fis-sens li t-trasportatur bl-ajru huwa responsabbli fil-konfront ta’ terzi, u b’mod partikolari l-persuna li timpjega passiġġier (persuna ġuridika, li magħha huwa kkonkluda kuntratt ta’ trasport internazzjonali ta’ passiġġieri), għad-dannu li jirriżulta minn dewmien f’titjira, li minħabba fih ir-rikorrent (il-persuna li timpjega) ġarrab spejjeż addizzjonali (pereżempju, kellu jħallas allowances ta’ kuljum għall-missjonijiet)?

    2)

    Jekk tingħata risposta negattiva għall-ewwel domanda, l-Artikolu 29 tal-Konvenzjoni ta’ Montréal għandu jinftiehem u jiġi interpretat fis-sens li dawn it-terzi jistgħu jieħdu azzjoni legali kontra t-trasportatur bl-ajru billi jinvokaw bażijiet legali oħra, pereżempju billi jinvokaw id-dritt nazzjonali?


    Top