EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CN0133

Kawża C-133/14: Rikors ippreżentat fil- 21 ta’ Marzu 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 175, 10.6.2014, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/25


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-133/14)

2014/C 175/31

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, W. Mölls, u D. Martin, aġenti)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Direttiva tal-Kunsill 2013/64/UE, tas-17 ta’ Diċembru 2013, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/271/KEE u 1999/74/KE, u d-Direttivi 2000/60/KE, 2006/7/KE, 2006/25/KE u 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, wara l-emenda tal-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni Ewropea (1);

iżżomm l-effetti tad-Direttiva 2013/64/UE sad-dħul fis-seħħ ta’ direttiva ġdida bbażata fuq il-bażijiet legali xierqa;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni titlob l-annullament tad-Direttiva 2013/64/UE li l-Kunsill adotta fuq il-bażi legali tal-Artikolu 349 TFUE.

Il-Kummissjoni tikkritika lill-Kunsill talli adotta din id-direttiva filwaqt li hija kienet ipproponiet li dan l-att jiġi bbażat fuq bażijiet legali settorjali, jiġifieri l-Artikoli 43(2), 114, 153(2), 168 u 192(1) TFUE.

Hija tqis li, skont l-iskop u l-għan tad-direttiva kkontestata, l-Artikolu 349 TFUE ma jistax jintuża b’mod validu bħala bażi legali. Dan l-aħħar Artikolu 349 TFUE japplika biss meta jkun hemm deroga mill-prinċipju ta’ applikazzjoni tad-dritt primarju għar-reġjuni ultraperiferiċi, kif stabbilit fl-Artikolu 355(1) TFUE. Issa, kulma tagħmel id-direttiva inkwistjoni, mingħajr ma tidderoga mit-Trattati, huwa li tadatta d-dritt sekondarju sabiex tirrispondi għas-sitwazzjoni maħluqa bil-bdil tal-istatus tal-Majott. Din l-interpretazzjoni hija appoġġata mhux biss mill-formulazzjoni tal-Artikolu 349 TFUE, iżda wkoll mis-sistema tal-bażijiet legali tat-Trattat, kif ukoll mill-oriġini storiċi ta’ dan l-artikolu.


(1)  ĠU L 353, p. 8.


Top