Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CB0159

    Kawża C-159/14: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-15 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad -Varna – il-Bulgarija) – “Koela-N” EOOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Tassazzjoni — VAT — Direttiva 2006/112/KE — Prinċipju ta’ newtralità fiskali — Tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa — Kunċett ta’ “kunsinna ta’ oġġetti” — Kundizzjoni għall-eżistenza ta’ kunsinna ta’ oġġetti — Trasferiment ta’ oġġetti mit-trasportatur direttament mill-fornitur lil persuna terza — Assenza ta’ prova ta’ pussess effettiv tal-oġġetti mill-fornitur dirett — Assenza ta’ kooperazzjoni bejn il-fornituri u l-awtoritajiet fiskali — Assenza ta’ trasbord tal-merkanzija — Provi li jiġġustifikaw suspett ta’ frodi fiskali)

    ĠU C 320, 28.9.2015, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.9.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 320/7


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-15 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad -Varna – il-Bulgarija) – “Koela-N” EOOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

    (Kawża C-159/14) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Tassazzjoni - VAT - Direttiva 2006/112/KE - Prinċipju ta’ newtralità fiskali - Tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa - Kunċett ta’ “kunsinna ta’ oġġetti” - Kundizzjoni għall-eżistenza ta’ kunsinna ta’ oġġetti - Trasferiment ta’ oġġetti mit-trasportatur direttament mill-fornitur lil persuna terza - Assenza ta’ prova ta’ pussess effettiv tal-oġġetti mill-fornitur dirett - Assenza ta’ kooperazzjoni bejn il-fornituri u l-awtoritajiet fiskali - Assenza ta’ trasbord tal-merkanzija - Provi li jiġġustifikaw suspett ta’ frodi fiskali))

    (2015/C 320/09)

    Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

    Qorti tar-rinviju

    Administrativen sad – Varna

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti:“Koela-N” EOOD

    Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 14(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li l-amministrazzjoni fiskali ta’ Stat Membru tqis li kunsinna ta’ oġġetti ma twettqitx, bil-konsegwenza li tiġi ostakolata l-possibbiltà ta’ tnaqqis mill-akkwirent tat-taxxa fuq il-valur miżjud imħallsa waqt dan l-akkwist minħabba li l-imsemmi akkwirent ma rċeviex il-merkanzija li huwa xtara iżda bagħtha direttament lil persuna terza, lil liema persuna huwa biegħ mill-ġdid il-merkanzija, jew minħabba li l-fornitur dirett ta’ dan l-akkwirent ma rċeviex il-merkanzija li huwa xtara iżda bagħtha direttament lill-imsemmi akkwirent.

    2)

    L-assenza ta’ kooperazzjoni tal-fornituri preċedenti ta’ persuna taxxabbli fil-katina kummerċjali mal-awtoritajiet fiskali u l-assenza ta’ trasbord tal-merkanzija kkonċernata ma jikkostitwixxux, minnhom innifishom, provi oġġettivi suffiċjenti sabiex jiġi konkluż li din il-persuna taxxabbli kienet taf jew kellha tkun taf li t-tranżazzjoni invokata bħala bażi għad-dritt tagħha għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud kienet involuta fi frodi fiskali. Madankollu, dawn iż-żewġ ċirkustanzi huma provi oġġettivi li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni, fil-kuntest ta’ evalwazzjoni globali tal-fatti u taċ-ċirkustanzi kollha, sabiex jiġi stabbilit jekk l-imsemmija persuna taxxabbli kinitx taf jew kellhiex tkun taf li t-tranżazzjoni invokata bħala bażi għad-dritt tagħha għal tnaqqis kienet involuta fi frodi fiskali.


    (1)  ĠU C 175, 10.6.2014.


    Top