This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013TN0453
Case T-453/13: Action brought on 26 August 2013 — Klaes v OHIM — Klaes Kunststoffe (Klaes)
Kawża T-453/13: Rikors ippreżentat fis- 26 ta’ Awwissu 2013 — Klaes vs UASI — Klaes Kunststoffe (Klaes)
Kawża T-453/13: Rikors ippreżentat fis- 26 ta’ Awwissu 2013 — Klaes vs UASI — Klaes Kunststoffe (Klaes)
ĠU C 313, 26.10.2013, p. 31–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 313/31 |
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Awwissu 2013 — Klaes vs UASI — Klaes Kunststoffe (Klaes)
(Kawża T-453/13)
2013/C 313/59
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Horst Klaes GmbH & Co. KG (Bad Neuenahr-Ahrweiler, il-Ġermanja) (rappreżentant: B. Dix, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Klaes Kunststoffe GmbH (Neuenrade, il-Ġermanja)
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell (R 1206/2012-1) tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tas-6 ta’ Ġunju 2013 u tiċħad l-oppożizzjoni mressqa kontra l-applikazzjoni tar-rikorrenti għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja (Nru 9545096). |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Klaes” għal prodotti fil-klassi 42 — Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 9 545 096
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Klaes Kunststoffe GmbH
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva ta’ kulur blu “Klaes”, għal servizzi fil-klassi 42
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009