This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013TN0098
Case T-98/13: Action brought on 20 February 2013 — CMT v OHIM — Camomilla (Camomilla)
Kawża T-98/13: Rikors ippreżentat fl- 20 ta’ Frar 2013 — CMT vs UASI — Camomilla (Camomilla)
Kawża T-98/13: Rikors ippreżentat fl- 20 ta’ Frar 2013 — CMT vs UASI — Camomilla (Camomilla)
ĠU C 141, 18.5.2013, p. 19–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
18.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 141/19 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2013 — CMT vs UASI — Camomilla (Camomilla)
(Kawża T-98/13)
2013/C 141/35
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: CMT Compagnia manifatture tessili Srl (CMT Srl) (Napoli, l-Italja) (rappreżentanti: G. Floridia u R. Floridia, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Camomilla SpA (Buccinasco, l-Italja)
Talbiet
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-29 ta’ Novembru 2012 fil-proċedura R 1615/2011-1, fil-waqt li jiġu kkonstatati r-rekwiżiti tar-raġuni assoluta ta’ invalidità skont l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, ibbażata fuq il-mala fide tal-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja meta ppreżenta d-dokument kif ukoll ir-raġunijiet ta’ invalidità skont l-Artikolu 53(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8.1.(b) u 8.5 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja |
— |
sussidjarjament, u fil-każ biss fejn il-Qorti Ġenerali jkollha tikkunsidra bħala inammissibbli d-dokumenti ppreżentati flimkien fl-appell quddiem il-Bord tal-Appell u jkollha tikkunsidra dawn id-dokumenti importanti sabiex tilqa’ l-appell, tannulla d-deċiżjoni appellata minħabba n-nuqqas ta’ osservanza tal-prinċipju ta’ kontradittorju u minħabba fil-ksur tad-dritt għal difiża u tirrinvija l-kawża sabiex tiġi deċiża fuq il-mertu quddiem id-Diviżjoni għall-Kanċellazzjoni; |
— |
fi kwalunkwe każ, titlob lill-UASI sabiex jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma mas-sentenza tal-Qorti Ġenerali; |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż għal dan il-proċediment u lill-proprjetarju għall-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni għall-Kanċellazzjoni u l-Bord tal-Appell. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: trade mark figurattiva li fiha element verbali “Camomilla” għal prodotti fil-klassijiet 16, 18 u 24 — trade mark Komunitarja Nru 269 241
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Camomilla SpA
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: trade mark figurattiva nazzjonali li fiha element verbali “CAMOMILLA” għal prodotti fil-klassi 25
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 52(1)(b) u tal-Artikolu 53(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009