Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TA0444

Kawża T-444/13 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 10 ta’ Ottubru 2014 – EMA vs BU ( “Appell — Servizz pubbliku — Membri tal-persunal temporanju — Kuntratt għal żmien determinat — Deċiżjoni li l-kuntratt mhux ser jiġġedded — Ġurisdizzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku — L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg — Dmir ta’ premura” )

ĠU C 421, 24.11.2014, p. 39–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ottubru 2014 – EMA vs BU

(Kawża T-444/13 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Kuntratt għal żmien determinat - Deċiżjoni li l-kuntratt mhux ser jiġġedded - Ġurisdizzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Dmir ta’ premura”))

2014/C 421/53

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) (rappreżentanti: T. Jabłoński u N. Rampal Olmedo, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: BU (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tas-26 ta’ Ġunju 2013, BU vs EMA (F-135/11, F-51/12 u F-110/12, RecFP, EU:F:2013:93), intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv tas-sentenza

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk esposti minn BU fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 325, 09.11.2013.


Top