Odaberite eksperimentalnu funkciju koju želite isprobati

Ovaj je dokument isječak s web-mjesta EUR-Lex

Dokument 62013TA0245

    Kawża T-245/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Settembru 2015 – Ir-Renju Unit vs Il-Kummissjoni [“FAEGG — Sezzjoni ‘Garanzija’ — FAEG u FAEŻR — Infiq eskluż mill-finanzjament — Skema ta’ pagament uniku — Verifiki ewlenin — Verifiki sekondarji — Artikoli 51, 53, 73 u 73a tar-Regolament (KE) Nru 796/2004”]

    ĠU C 346, 19.10.2015., str. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.10.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 346/22


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Settembru 2015 – Ir-Renju Unit vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-245/13) (1)

    ([“FAEGG - Sezzjoni ‘Garanzija’ - FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Skema ta’ pagament uniku - Verifiki ewlenin - Verifiki sekondarji - Artikoli 51, 53, 73 u 73a tar-Regolament (KE) Nru 796/2004”])

    (2015/C 346/24)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: inizjalment C. Murrell, M. Holt u E. Jenkinson, sussegwentement M. Holt, aġenti, assistiti minn D. Wyatt, QC, u minn V. Wakefield, barrister)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Rossi u K. Skelly, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/123/UE, tas-26 ta’ Frar 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 67, p. 20), sa fejn din id-deċiżjoni tirrigwarda entrata li tinsab fl-Anness I tagħha, dwar korrezzjoni estrapolata ta’ 5,19 % applikata għal infiq magħmul fl-Irlanda ta’ Fuq (ir-Renju Unit) matul is-sena finanzjarja 2010, li kien jammonta għal EUR 16 513 582,57.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandu jbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


    (1)  ĠU C 189, 29.6.2013.


    Vrh