Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013FA0042

    Kawża F-42/13: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat- 22 ta’ Mejju 2014 – CU vs KESE (Servizz pubbliku — Membru tal-persunal temporanju — Kuntratt għal żmien indeterminat — Deċiżjoni ta’ rexissjoni ta’ kuntratt)

    ĠU C 421, 24.11.2014, p. 50–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 421/50


    Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-22 ta’ Mejju 2014 – CU vs KESE

    (Kawża F-42/13) (1)

    ((Servizz pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Kuntratt għal żmien indeterminat - Deċiżjoni ta’ rexissjoni ta’ kuntratt))

    2014/C 421/70

    Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: CU (rappreżentanti: L. Levi et A. Blot, avukati)

    Konvenut: Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (rappreżentanti: inizjalment M. Arsène u L. Camarena Januzec, aġenti, F.-M. Hislaire u M. Troncoso Ferrer, avukati, sussegwentement M. Pascua Mateo u L. Camarena Januzec, aġenti, F.-M. Hislaire u M. Troncoso Ferrer, avukati)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li jiġi rexiss il-kuntratt ta’ xogħol tar-rikorrenti u t-talba għal kumpens għad-dannu materjali u morali allegatament imġarrab.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, tas-16 ta’ Ottubru 2012 u tal-31 ta’ Jannar 2013, li jiġi rexiss il-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju għal żmien indeterminat ta’ CU, huma annullati.

    2)

    Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew huwa kkundannat li jħallas lil CU s-somma ta’ EUR 25  000.

    3)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    4)

    Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti minn CU.


    (1)  ĠU C 207, 20.07.2013, p. 61.


    Top