Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CN0641

    Kawża C-641/13 P: Appell ippreżentat fl- 4 ta’ Diċembru 2013 mir-Renju ta’ Spanja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis- 16 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-2/07, Spanja vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 31, 1.2.2014, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.2.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 31/6


    Appell ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2013 mir-Renju ta’ Spanja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-16 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-2/07, Spanja vs Il-Kummissjoni

    (Kawża C-641/13 P)

    2014/C 31/10

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Appellanti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: A. Rubio González, aġent)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet tal-appellanti

    tilqa’ l-appell u tannulla parzjalment s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013, fil-Kawża T-2/07, Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kummissjoni Ewropea;

    tannulla parzjalment, skont it-termini indikati preċedentement, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 5102, tal-20 ta’ Ottubru 2006, li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja mogħtija skont il-Fond ta’ Koeżjoni lil grupp ta’ proġetti bir-referenza 2001.ES.16.PE.050 u li tikkonċerna t-tindif tal-baċir idrografiku ta’ Júcar (Spanja), sa fejn din tikkunsidra bħala irregolarità l-użu tal-esperjenza bħala kriterju għall-għoti;

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    Żball ta’ liġi fir-rigward tal-kunsiderazzjoni li l-użu tal-esperjenza bħala kriterju għall-għoti jikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 30 tad-Direttiva 93/37 (1). Din id-dispożizzjoni ma tipprojbixxix l-użu ta’ kriterji marbuta mal-esperjenza tal-kuntrattur fil-mument tal-għoti ta’ kuntratt. Għall-kuntrarju, l-esperjenza tal-offerent tista’ dejjem tiġi evalwata peress li huwa kriterju li ma huwiex intiż għall-evalwazzjoni tal-kapaċità tal-offerent, li huwa differenti mir-rekwiżit tas-solvibbiltà u huwa intiż għall-evalwazzjoni tal-offerta l-iktar ekonomikament vantaġġuża għall-preżentazzjoni ta’ rabta mas-suġġett tal-kuntratt u mal-kwalità ta’ eżekuzzjoni tagħha.


    (1)  Direttiva tal-Kunsill 93/37/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, li tikkonċerna l-koordinament tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 163).


    Top