This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013CN0215
Case C-215/13 P: Appeal brought on 23 April 2013 by Acron OAO, Dorogobuzh OAO against the judgment of the General Court (Eighth Chamber) delivered on 7 February 2013 in Case T-235/08: Acron OAO and Dorogobuzh OAO v Council of the European Union
Kawża C-215/13 P: Appell ippreżentat fit- 23 ta’ April 2013 minn Acron OAO, Dorogobuzh OAO mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis- 7 ta’ Frar 2013 fil-Kawża T-235/08, Acron OAO u Dorogobuzh OAO vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Kawża C-215/13 P: Appell ippreżentat fit- 23 ta’ April 2013 minn Acron OAO, Dorogobuzh OAO mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis- 7 ta’ Frar 2013 fil-Kawża T-235/08, Acron OAO u Dorogobuzh OAO vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
ĠU C 171, 15.6.2013, p. 23–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 171/23 |
Appell ippreżentat fit-23 ta’ April 2013 minn Acron OAO, Dorogobuzh OAO mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-7 ta’ Frar 2013 fil-Kawża T-235/08, Acron OAO u Dorogobuzh OAO vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-215/13 P)
2013/C 171/46
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Acron OAO, Dorogobuzh OAO (rappreżentanti: B. Evtimov, E. Borovikov, avukati, D. O’Keeffe, solicitor)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Fertilizers Europe
Talbiet tal-appellanti
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2013 fil-Kawża T-235/08: Acron OAO u Dorogobuzh OAO vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea; |
— |
tagħti sentenza finali fuq il-mertu tal-kawża, u tannulla r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 236/2008, tal-10 ta’ Marzu 2008, li jwaqqaf ir-reviżjoni interim parzjali skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 tad-dazju ta’ anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ nitrat ta’ l-ammonju li joriġina fir-Russja (1), sa fejn jaffettwa lill-appellanti; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tal-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja kif ukoll għall-ispejjeż tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali, inklużi l-ispejjeż tal-appellanti fiż-żewġ istanzi; |
— |
tordna li l-intervenjenti Fertilizers Europe għandha tbati l-ispejjeż tagħha fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali, kif ukoll l-ispejjeż tagħha fil-każ tal-eventwali intervent tagħha fil-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, u li għandha tbati l-ispejjeż kollha sostnuti mill-appellanti marbuta mal-intervent(i) tagħha. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali:
— |
interpretat b’mod żbaljat l-ewwel subparagrafu tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku antidumping, u b’dan il-mod id-dispożizzjoni korrispondenti tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2.2.1.1 tal-Ftehim dwar l-Implementazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994 fl-Anness 1A tal-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (iktar ’il quddiem il-“FAD”); |
— |
ikkonfermat interpretazzjoni legali żbaljata u ksur tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku antidumping u b’dan il-mod tad-dispożizzjoni korrispondenti tal-Artikolu 2.2 FAD; |
— |
ma wettqitx evalwazzjoni legali korretta tar-relazzjoni bejn, minn naħa, it-tieni sentenza tal-Artikolu 2(5) u, min-naħa l-oħra, l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku antidumping, u konsegwentement ikkonfermat interpretazzjoni legali żbaljata tal-premessi 3 u 4 tal-preambolu tar-Regolament (KE) 1972/2002 u għaldaqstant tal-ewwel subparagrafu tat-tieni sentenza tal-Artikolu 2(5), u ma żguratx il-konsistenza ta’ din l-interpretazzjoni/dispożizzjoni mal-FDA. |
(1) ĠU L 75, p. 1